AĠĠORNAT: “Il-futbol Malti jista’ jilħaq livelli ġodda importanti kemm fuq livell lokali u internazzjonali”

  • Ġun 11, 2019 12:11
  • Miktub minn iNews
"

    Bjorn Vassallo ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-presidenza tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Futbol. Vassallo, li attwalment jokkupa l-kariga ta’ direttur tal-assoċjazzjonijiet tal-futbol Ewropej fi ħdan il-FIFA, ilu għal snin sħaħ involut fix-xena lokali tal-futbol.

    Saħansitra fl-1996, meta kien għad kellu 16-il sena, huwa kien parti mill-amministrazzjoni tal-klabb tal-futbol ta’ San Ġwann FC.

    F’kumment lil Inewsmalta, filwaqt li kkonferma li se jkun qed jikkandida ruħu għall-Presidenza tal-MFA fil-laqgħa ġenerali tal-20 ta’ Lulju li ġej, Vassallo qal li huwa se jkun qed jagħmel dan bil-konvinzjoni li l-futbol Malti jista’ jilħaq livelli ġodda importanti kemm fuq skala internazzjonali u kif ukoll fl-ambitù lokali.

    Huwa żied jgħid li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun f’pożizzjoni li jvara l-pjan strateġiku li se jkun qed jinvolvi kull livell tal-futbol f’pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0