Is-Sindku tal-Belt urtat b'żejt ta' karozza fit-triq

  • Ġun 11, 2019 07:58
  • Miktub minn iNews
"

    “Wasal il-mument li jiġi diskuss pjan kif vetturi ta' ċertu daqs meta u kif għandhom jidħlu l-Belt u jekk hemm bżonn nipproponu 'enforcement' din issir immedjatament”.

    Kien is-Sindku l-ġdid tal-Belt Alfred Zammit li rrimarka dan wara li Triq Merkanti spiċċat miksija b'żejt li ċarċar minn trakk li daħal biex jagħti servizz fil-belt kapitali.

    Bħall-bqija tal-kunsillieri eletti fl-elezzjoni tal-25 ta' Mejju li għadda, Zammit għad irid jieħu l-ġurament tal-ħatra madankollu diġa għamilha ċara li mhux se jittolera ħaġa bħal din.

    Waqt li nsista li t-tindif se jsir, il-preżentatur televiżiv għamilha ċara li mhux se jaċċetta sitwazzjonijiet bħal dawn u saħaq li min jidħol fil-Belt bil-vettura jrid jara li din tkun taħdem kif suppost.

    Bosta kienu dawk li rreaġixxew għal din l-aħbar u r-reazzjoni tas-Sindku l-ġdid b'min jissuġġerixxi li l-kunsill lokali Belti jara filmati mis-CCTV cameras biex jaqbad min ikkaġuna dan l-inkonvenjent.

    Fl-istess waqt kien hemm min ukoll semma l-'scammels' u l-karozzini u talbu jassigura li anke dawn ma jħallux inkonvenjent fit-toroq tal-belt kapitali fosthom fuq irwejjaħ u ħmieġ.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0