“Magic in the Air & Tower of Fire” fil-Marsa

  • Ġun 10, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Sezzjoni Nar fi ħdan l-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità tal-Marsa bħalissa tinsab tagħmel l-aħħar preparamenti tagħha biex tippreżenta spettaklu piromużikali bl-isem ta’ “Magic in the Air & Tower of Fire”, u dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin jiġu organizzati fl-okkażjoni tal-festa titulari tas-SSma Trinità ċċelebrata fil-Parroċċa Matriċi tal-Marsa.

    Din mhix l-ewwel darba li l-Parroċċa tas-SSma Trinità tal-Marsa se tkun qiegħda toffri lir-residenti tagħha, lill-barranin u lill-eluf ta’ dilettanti tan-nar mxerrdin madwar il-gżejjer Maltin spettaklu pirotekniku uniku.

    Kien bis-saħħa tat-twaqqif tas-Sezzjoni Nar fi ħdan l-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità u l-ħidma sfiqa li din twettaq tul is-sena li l-logħob tan-nar ħa spinta kbira ’l quddiem biex sar ingredjent importanti biex ħafna aktar nies jirrikorru bi ħġarhom għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa titulari tas-SSma Trinità fil-Marsa.

    Ta’ kull sena, mill-2010 ’il hawn, il-programmi tal-logħob tan-nar li jittellgħu lejliet il-festa biswit il-knisja parrokkjali bdew ikollhom aktar sorpriżi u attrazzjonijiet kbar, mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam mal-logħob tan-nar tal-art, iżda wkoll dak tal-ajru li ħafna minnu beda jkun sinkronizzat mad-dwal u l-mużika.

    Is-suċċess miksub matul l-aħħar snin kif ukoll ir-rispons kbir u pożittiv li kien hemm kemm mill-parroċċani, turisti kif ukoll mid-dilettanti tan-nar li jiġu minn diversi bliet u rħula, wassal lis-Sezzjoni Nar tal-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità biex għal din is-sena tippreżenta xi ħaġa ġdida, innovattva u oriġinali.

    Bis-saħħa tal-għajnuna ma taqta’ xejn tar-residenti Marsin kif ukoll ta’ għadd ta’ sponsors, l-attrazzjoni piroteknika prinċipali għal din is-sena se jkun l-ispettaklu “Magic in the Air and Tower of Fire”.

    Dan għandu joffri spettaklu ffurmat minn 10 biċċiet mużikali sinkronizzati man-nar tal-art u tal-ajru, b’taħlita sħiħa u funtani ta’ kuluri minn fuq torri għoli 36 metru u mifrux fuq medda ta’ 50 metru. Din għandha tkun esebizzjoni oħra mill-aqwa, orġinali u artistika, frott it-talent pirotekniku Malti maħdum minn Pyro Master Team kif ukoll mill-kamra tan-nar “La Stella Fireworks Factory” tal-Gudja.

    Dan kollu se jsir lejliet il-festa titulari tas-SSma Trinità, nhar is-Sibt, 15 ta’ Ġunju u jibda f’nofsilejl, wara marċ brijuż mat-toroq ewlenin tal-parroċċa mill-Banda Santa Marija tal-Mosta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0