Wara li jumejn ilu d-Dwana qabdet erba’ kontejners b’eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz, illum ġie interċettat kontejner ieħor fil-Freeport li kien qed iġorr eluf ta’ żraben tal-futbol foloz.
Minn dan il-kontejner ġew elevati 5,370 par żarbun tal-futbol, li kienu moħbijin wara kunsinja ta’ 1,120 tazza tal-plastik.
L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati , ikkonfermaw l-illegalità ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjetà intellettwali.
Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.