Għalkemm kulħadd jaf li l-attakkant ta’ Hibernians, Taylon Nicolas Correa Marcolino, spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-BOV Premier League bi 18-il goal, ftit huma dawk li jafu kontra liema timijiet avversarji waslu dawn il-goals u f’liema stadium.
Għaldaqstant, dan is-sit qed jippubblika lista ta’ 51 skorers, kontra min skorjaw il-goals rispettivi u anke l-istadia.
Kif wieħed jista’ jinnota, ma ġietx ippubblikata l-lista kollha minħabba n-nuqqas ta’ spazju.
B’total ta’ 495 goals, f’dan il-kampjonat kien hemm 164 skorers fejn 57 kienu Maltin u 96 kienu barranin, flimkien ma’ 11-il player li bejniethom ikkommettew 14-il auto-goal.
Il-lista tal-iskorers tat-timijiet hija:
Balzan (12 - 3 Maltin+9 barranin); Birkirkara (11 - 5+6); Floriana (14 - 6+8); Gzira U. (10 - 2+8); Hamrun S. (12 - 4+8); Hibernians (9 - 5+4); Mosta (13 - 4+9); Pietá H. (8 - 4+4); Qormi (11 - 6+5); Senglea A. (12 - 1+11); Sliema W. (14 - 7+7); St Andrew's (7 (2+5); Tarxien R. (9 - 5+4); Valletta (11- 3+8)
Imbagħad il-goals mit-timijiet ġew skorjati f’din l-ordni - 143 mill-Maltin, 338 mill-barranin u 14-il auto-goal:
Balzan (41 - 12 Maltin+29 barranin+0 auto-goals); Birkirkara (33 - 21+11+1); Floriana (28 - 8+20+0); Gzira U. (42 - 7+32+3); Hamrun S. (35 - 6+28+1); Hibernians (54 - 21+31+2); Mosta (30 - 10+20+0); Pietá H. (25 - 8+16+1); Qormi (25 - 15+10+0); Senglea A. (33 - 4+29+0); Sliema W. (37 - 13+24+0); St Andrew's (22 - 4+17+1); Tarxien R. (29 - 9+18+2); Valletta (61 - 5+53+3).
Il-goals li ġew skorjati fl-erba' stadia differenti huma:
Stadium Nazzjonali: 188, Hibernians Stadium: 94, Victor Tedesco Stadium: 123, Centenary Stadium: 90:
Balzan (41 - National Stadium 14; Hibernians Stadium 7; Victor Tedesco Stadium 17; Centenary Stadium 3); Birkirkara (33 - 14+5+9+5); Floriana (28 - 16+8+2+2); Gzira U. (42 - 15+5+18+4); Hamrun S. (35 - 17+13+1+40; Mosta (30 - 10+5+9+6); Pietá H. (25 - 5+5+13+2); Qormi (25 - 7+3+8+7); Senglea A. (33 - 3+15+5+10); Sliema W. (37 - 14+4+6+13); St Andrew's (22 - 3+6+8+5); Tarxien R. (29 - 9+4+10+6); Valletta (61 - 35+3+10+13).
Interessanti huwa l-fatt ukoll li 21 goals waslu minn 12-il captain differenti:
5 - Andrew Cohen (Gzira U.);
3 - Tyrone Farrugia (Mosta);
2 - Triston Caruana (Ham-run S.), Bjorn Kristensen (Hibernians), Mark Scerri (Sliema W.); 1 - Mislav Andelkovic (Birkirkara), Andre Agius (Hibernians), Alessio Cassar (Qormi), Ferdinando Salvati (Senglea A.), Alex Muscat (Sliema W.), Ricardo Silva Faria (Tarxien R.), Jonathan Caruana (Valletta).
Imbagħad, ġew skorjati 34 goal (18 mill-players Maltin) minn 25 sostitut. Dawn kienu:
4 - Bogdan Catalin Gavrila (Valletta)
3 - Tensior Gusman (Qormi)
2 - Jorge Pereira da Silva (Birkirkara/Gzira U.); Ryan Darmanin (Hamrun S.); Tylon Correa (Hibernians); James Brincat (Mosta);
1 - Andrija Majdevac, Alfred Effiong (Balzan); Jake Grech (Birkirkara); Daniel Agius, Clyde Borg, Terence Vella (Floriana); Justin Junior Mengolo (Gzira U.); Bradley Schembri (Hamrun S.); Marco Sahanek, Heider Costa Tenorio (Hibernians); Zachary Brincat (Mosta); Shunsuke Nakamura, James Scicluna (Pietá H.); Luke Busuttil, Iven Zammit (Qormi); Younes Marzouk, Frank Temile (Sliema W.); Kyrian Nwoko, Matteo Piciollo (Valletta).
Barra minn hekk 344 goals ġew skorjat mit-timijiet rebbieħa, 82 waslu f'riżultati ta' draw u 69 ġew skorjati mit-timijiet telliefa.
Min kien l-iżgħar u l-ixjeħ skorer?
L-iżgħar skorer kien Alex Satariano ta' St Andrew's meta naqqas id-distakk għal 3-1 kontra Tarxien R., fit-63 minuta, fil-Victor Tedesco Stadium, nhar l-24 ta' Awwissu, 2018, fl-etá ta' 16-il sena, 9 xhur u 30 ġurnata.
L-ixjeħ skorer kien Michael Mifsud ta' Birkirkara meta wkoll naqqas id-distakk għal 3-2 kontra Senglea A., fid-89 minuta,ukoll fil-Victor Tedesco Stadium, nhar is-26 ta' April, 2019, fl-etá ta' 38 ġurnata u 9 ijiem.
Finalment ... min kien l-aktar referee li saffar għal goals?
Kien Stefan Pace li saffar 51 darba f'16-il partita ... segwit minn Eman Grech (45) u Ishmael Barbara (40).
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.