Farsons tkompli tissaħħaħ ma’ Lean Manufacturing u Kaizen

  • Apr 23, 2019 21:50
  • Miktub minn iNews
"

    Tim ta’ managers ewlenin minn Simonds Farsons Cisk plc dan l-aħħar żaru numru ta’ kumpaniji f’Porto, il-Portugall, biex jiksbu esperjenza diretta tal-prinċipji u l-prattiċi ta’ Lean Manufacturing. L-għan ta’ din iż-żjara, immexxija mis-Sur Michael Farrugia, Executive Director for Operations & Business Development, u organizzata bi sħab ma’ Kaizen Institute, kien li nkomplu ninvestu f’kultura ta’ żvilupp kontinwu u eċċellenza fil-manifattura.

    Wara l-investiment intensiv u multimiljunarju li għamlet fl-operat tal-kumpanija fl-aħħar għaxar snin, Farsons iffukat u intensifikat, b’mod parallel, il-programm LEAN tagħha permezz ta’ sħubija ma’ Kaizen Institute. Din issa tinsab fit-tieni sena konsekuttiva. Fil-kummenti li ta fuq il-programm u fuq dan l-investiment, CEO Norman Aquilina qal li, “l-għan prinċipali tal-LEAN management hu li nibqgħu ntejbu u aħna impenjati biex neliminaw il-ħela mill-proċess u nżidu l-valur lill-klijenti tagħna. Fl-aħħar sentejn diġà kellna żviluppi pożittivi fid-dipartimenti tal-Ippakkjar tal-Birer u tal-PET, kif ukoll fil-Loġistika, u dawn kollha wasslu għal riżultati inkoraġġanti.”

    F’din iż-żjara, it-tim dar il-postijiet tax-xogħol ta’ ħames kumpaniji li kienu jvarjaw minn fornitur tax-xorb u distributur tal-partijiet tal-karozzi, għal katina tal-bejgħ u produttur tal-ikel u tal-inbid. Michael Farrugia qal li, “Kull kumpanija li żorna wriet numru ta’ prinċipji u prattiċi Lean inkluż l-5S, l-immaniġġjar viżiv u għodod għas-soluzzjoni tal-problemi, impenn sħiħ favur is-sigurtà u l-istandardizzazzjoni, awtomazzjoni intelliġenti u ħafna aktar. Minbarra l-esperjenza tat-tagħlim, din kienet opportunità tajba biex il-membri tat-tim jivvjaġġaw flimkien u b’hekk ikomplu jissaħħu l-elementi tal-immaniġġjar u l-koperazzjoni funzjonali ta’ bejnietna. Dan għandu jwassal għal iżjed motivazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ Kaizen, b’ideat friski u mill-aktar innovattivi.”

    Lean Manufacturing illum sinonima mal-manifattura ta’ klassi dinjija u hi marbuta, b’mod fundamentali, mal-eliminazzjoni tal-ħela fl-aspetti kollha. Filwaqt li l-oriġini tagħha qiegħda fl-industrija tal-manifattura tal-karozzi tal-Ġappun ta’ wara l-gwerra, illum tiġi applikata b’mod wiesgħa madwar id-dinja f’numru ta’ industriji u setturi.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0