Is-Sindku ta’ South Bend f'Indiana Pete Buttigieg, li huwa ta' dixxendenza Maltija, se jkun qiegħed jikkontesta għall-kariga ta' President fl-elezzjoni ġenerali tal-2020 kontra l-President attwali Donald Trump.
Buttigieg, li fl-eta ta' 38 sena huwa l-iżgħar kandidat fl-istorja tal-politika tal-Istati Uniti u l-ewwel kandidat omosesswali, nieda l-kampanja uffiċjali tiegħu wara l-interess dejjem jikber fih minn bosta Amerikani.
Fit-tnedija tal-kampanja, Buttigieg irrefera għas-slogan tal-President Trump (Make America Great Again) u sostna li minflok huwa ċekken lill-Istati Uniti.
“Madankollu m’għandniex nikkundannawħ iżda naħdmu għall-Istati Uniti biex inġibuha aħjar min qatt qabel. Wasal iż-żmien li nħarsu 'l quddiem”.
Buttigieg qed jisħaq, fost oħrajn, fuq il-kura tas-saħħa għal kull ċittadin Amerikan permezz ta’ assigrazzjoni privata kif ukoll fuq l-ambjent fejn stqarr li t-tibdil fil-klima hija theddida nazzjonali.
Huwa jemmen ħafna fid-drittijiet tal-bniedem u stqarr li se jkun qiegħed jaħdem biex titneħħa l-piena tal-mewt kif ukoll titneħħa l-ideoloġija li fl-iskola għandu jkun hemm armi bħala protezzjoni għall-għalliema u l-istudenti.
Buttigieg jixtieq li jimplimenta programm għat-tfal li huma immigranti u għandhom problemi finanzjarji biex b’hekk ikollhom opportunitajiet ugwali bħal tfal oħra waqt li jaqbel li l-ħaddiema Amerikani għandhom ikollhom aċċess ta’ unjins tal-ħaddiema.
Il-kandidat jgħid li għalih il-politika hija personali u b'referenza għall-kommunita LGBTIQ stqarr li waħda mill-miri tiegħu jekk jilħaq President tkun li jagħmel liġi federali li tipprojbixxi diskriminazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol kontra persuni LGBTIQ.
Buttigieg, li huwa gradwa mill-universitajiet ta' Oxford u Harvard, ħadem ma' kumpaniji ta' konsulenza qabel ma serva mas-servizzi ta' intelliġenza tal-pajjiż mal-qawwa navali Amerikana fejn kien għamel żmien stazzjonat fl-Afghanistan.
Huwa kien elett Sindku ta' South Bend fl-2011 u ġie ri-elett fl-2015 waqt li fl-2013 kien ippremjat bħala s-Sindku tas-Sena.
Kien f'Jannar li għadda li nforma lill-Partit Demokratiku li kien interessat fil-Presidenza tal-pajjiż fejn jekk ikun elett ikun l-ewwel mexxej tal-pajjiż li fil-miftuħ iddikjara li huwa gay.
Ir-rabta ma' Malta ġejja mill-fatt li missieru Joseph, li miet f'Jannar li għadda, huwa Malti mill-Ħamrun li emigra lejn l-Istati Uniti fejn ħadem bħala professur tal-Ingliż fl-Universita ta' Notre Dame.
Omm Peter Buttigieg hija Jennifer Anne Montgomery li ltaqa' magħha meta t-tnejn kienu jaħdmu fin-New Mexico State University.
Pete Buttigieg jifhem bil-Malti, Spanjol, Taljan, Għarbi u Franciż u magħruf ukoll li jdoqq il-pjanu u l-kitarra.
Fl-2018 huwa żżewweġ lil Chasten Glezman, għalliem li ilu f'relazzjoni miegħu mill-2015, bil-koppja tgħix f'South Bend stess fejn Buttigieg għadu jservi bħal s-sindku.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.