Laqgħat ta' konsultazzjoni mill-Kummissjoni għar-riforma tal-ġustizzja

  • Ġun 11, 2013 10:30
  • Miktub minn

    Fi stqarrija l-Kummissjoni għal Riforma ħolistika fil-qasam tal-ġustizzja ħabbret li se tagħti bidu għal sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni wara li l-ġimgħa l-oħra ppubblikat ir-rapport tagħha. Il-Kummissjoni qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għall-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni li se ssir nhar il-Ġimgħa 14 ta' Ġunju 2013.

    L-għan ta' din il-konsultazzjoni hu biex il-Kummissjoni tkun tista' tisma' l-fehma tal-pubbliku rigward dak kollu li jikkonċerna il-qasam tal-ġustizzja u kif dan jista' jitjieb. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi biex iwassal is-suġġerimenti tiegħu għal ġustizzja aħjar u aktar effettiva.

    Din il-konsultazzjoni pubblika se ssir fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz, il-Belt Valletta bejn l-16.00 u s-18.00. Kull min huwa interessat jattendi jista' jċempel fuq in-numru 25902237 jew jibgħat imejl lill-krhg@gov.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook