Santiago Solari: Real iridu jiffukaw aktar fuq il-bidu tal-logħbiet

  • Jan 10, 2019 00:53
  • Miktub minn iNews

    Il-coach ta’ Real Madrid, Santiago Solari, talab lill-players tiegħu li mhux qed ikol­lhom wirjiet tant tajbin dan l-istaġun, li jridu jwaqqfu t-tendenza tagħhom li jaqilgħu goals kmieni  meta qed ifittxu biex jaraw għal xi ftit solliev mill-kampanja mimlija żbalji ta’ La Liga meta llum jiltaqgħu kontra Leganes fil-Copa del Rey.

    Real marru minn taħt b’goal fit-tielet minuta tat-telfa xokkanti tal-Ħadd li għadda kontra Real Sociedad li dawn rebħu 2-0 waqt li sofrew il-goal tal-ftuħ fid-draw 2-2 il-ġimgħa l-oħra għand Villarreal minn Santi Cazorla fir-raba’ minuta.

    Iċ-champions trippli tal-Ewropa anke kel­lhom il-vizzju li jsofru goals kmieni taħt il-predeċessur ta’ Solari, Julen Lopetegui, meta sabu ruħhom minn taħt fl-ewwel 10 minuti tat-tliet logħbiet qabel ma l-Ispanjol safa mkeċċi lejn l-aħħar ta’ Ottubru.

    “Irridu nkunu iktar attenti fil-minuti tal-ftuħ li hija xi ħaġa li kollha nafu li rridu ntejjbu,” qal Solari fil-konferenza stampa qabel il-logħba tal-lum li hija l-ewwel leg tal-aħħar 16 f’Santiago Bernabeu.

    “Leganes huma sodi ħafna, team kompetittiv u għalhekk irridu nkunu konxji tal-ħeffa tagħhom meta jużaw il-kontrattakk, u rridu nagħmlu ċerti li nieħdu ċ-ċansijiet tagħna.”

    L-aħħar darba li Madrid rebħu l-Copa del Rey kien fl-2014 iżda meta jinsabu 10 punti wara l-leaders Barcelona u barra mill-postijiet taċ-Champions League, il-kompetizzjoni qed tidher bħala l-aqwa ċans biex isalvaw l-istaġun tagħhom bir-rebħ tal-fidda.

    “Il-Copa del Rey hija trofew fanastika u se nidħlu f’din il-logħba bl-istess eċċitament bħal ma nagħmlu f’kull kompetizzjoni.

    “Aħna nippruvaw nużaw l-enerġiji kollha tagħna f’kull kompetizzjoni, għax kull waħda għandha l-karatteristiċi tagħha,” żied jgħid l-Arġentin.

    Solari qal li hemm ċans li jilgħab lill-akkwist il-ġdid ta’ 19-il sena, Brahim Diaz, iżda jiddependi fuq jekk ġiex reġistrat fil-ħin wara li ssiġilla t-trasferiment tiegħu għal £15-il miljun mingħand Manchester City.

    Solari anke ġie mistoqsi kif iħossu fuq l-at­takkant Gareth Bale li kontra Sociedad weġġa’ 12-il minuta mit-tmiem, iżda huwa żamm lura milli jikkritika jew jiddefendi lill-player.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0