Aġġornat (2), : Proposti mill-GWU għall-qasam soċjali

  • Lul 27, 2012 10:33
  • Miktub minn
"

    Il-Professur Edward Zammit qal li llum teżisti kummerċjalizzazzjoni fl-edukazzjoni li qiegħda sservi biss biex jitbaxxew il-livelli akkademiċi.

    Zammit qal dan meta kien qiegħed jieħu sehem f’business breakfast dwar il-proposti tal-GWU għall-programmi elettorali tal-partiti politiċi. F’dan ir-rigward, qal Zammit, xi wħud qegħdin iħaxxnu l-but tagħhom fuq premessi dubjużi jew anke qarrieqa.

    Zammit saħaq ukoll dwar il-ħtieġa li l-edukazzjoni tkun ibbażata fuq it-tħejjija għall-ħajja u x-xogħol, filwaqt li rrefera dwar l-importanza tal-istipendju biex ikunu mgħejjuna l-istudenti.

    Zammit qal ukoll li x-xogħol prekarju żdied b’mod allarmanti u għalhekk tkellem dwar il-ħtieġa li mhux biss jinħoloq ix-xogħol, imma li jkun xogħol ta’ kwalità tajba. “Li jkun hawn xogħol imma ta kwalità tajba,” qal Zammit.

    Il-Professur Edward Zammit qal ukoll li unjin bħall-GWU għandha rwol vast ħafna. “Għandha rwol ekonomiku, industrijali, politiku u anke soċjali,” qal Zammit li ddeskriva l-qasam soċjali bħala s-sinsla f’kull socjetà.

    Edward Zammit tkellem dwar il-fatt li “mexjin lejn socjetà individwalistika” u saħaq li din hija waħda mill-problemi l-kbar.

    Zammit tkellem ukoll dwar il-ħaddiema barranin u immigrant rregolari. Qal li huwa suġġeriment tajjeb li jitwaqqaf unit li jagħti xogħol lil dawn il-persuni. B’hekk, qal Zammit, jinqata' l-proċess fejn ikun jista’ xi ħadd jimpjega persuni għal ftit sigħat mingħajr ma jkunu rreġistrati mal-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ (ETC),.

    Investiment li mhux irendi?

    Intant, Joe Gerada, mill-Fondazzjoni tar-Riżorsi Umani, ukoll tkellem dwar il-ħtieġa ta’ iktar investiment fl-edukazzjoni.

    “Fejn jidħol l-akkwist ta’ edukazzjoni bażika għadna lura meta mqabbel mal-kompetituri tagħna. Din hija ta’ tħassib għax pajjiżna ma jkunx jista jipproduċi ħaddiema biżżejjed biex inkunu kompetittivi,” qal Joe Gerada.

    Huwa żied li dan qiegħed jiġri minkejja li n-nefqa tagħna fuq l-edukazzjoni hija waħda tajba meta mqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi kompetituri.

    Min-naħa tagħha, il-President tal-Konfederazzjoni tan-Nisa, Renee Laiviera, tkellmet dwar kif f’Malta “għanda parteċipazzjoni baxxa ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol meta mqabbel mar-rata tal-Unjoni Ewropea.”

    “Għaldaqstant irridu naħdmu aktar fuq il-parteċipazzjoni ta’ nisa u dan huwa rwol importanti tal-Unjons,” qalet Laviera li saħqet kif in-nisa huma wkoll vittmi tax-xogħol prekarju.

    Il-business breakfast, li qiegħed jitmexxa mill-President tal-GWU Victor Carachi, infetaħ mid-deputat Segretarju Ġenerali Michael Parnis li daħal fid-dettall tal-proposti li l-GWU qiegħda tagħmel fil-qasam soċjali.

    Parnis iddeskriva l-qasam soċjali bħala wieħed importanti ħafna għall-GWU u kien għalhekk li f’dan is-settur qegħdin isiru 16-il proposta. Ewlenin fosthom hemm li s-saħħa tkun aċċessibbli għal kulħadd u t-twaqqif ta’ Qorti tax-Xogħol. Il-GWU qiegħda tipproponi għadd ta’ miżuri oħra li jistgħu jnaqqsu l-isfruttament fuq il-postijiet tax-xogħol.

    Sitt snin quddiem it-tribunal tax-xogħol

    Meta kien qiegħed jitkellem dwar il-proposta tal-General Workers Union li tinħoloq qorti tax-xogħol, Cory Greenland, Segretarju tat-Taqsima Professjonisti u Servizzi tal-istess unjin, qal li l-ħsibijiet wara din il-proposta kienu mnebbħa “mill-inefiċċjenza u d-dewmien mingħajr bżonn” tat-tribunal industrijali.

    “Jien personali għandi każ ta’ tribunal li ilu sejjer sitt snin, fejn il-ħaddiem fil-kwistjoni issa jrid jerġa’ jmur għax-xogħol. Għaldaqstant l-‘employer’ kellu joħroġ paga ta’ sitt snin mingħajr ma ħa xejn lura. Is-sitwazzjoni hi ta’ detriment ukoll għall-ħaddiem. Dan it-tul kien minħabba d-dewmien bejn każwa u oħra u xhieda li ma jitilgħux it-tribunal,” spjega Greenland.

    Greenland tkellem ukoll dwar aspetti oħra tat-tribunal fosthom li jekk tkun kawża kontra l-gvern, jintgħażel ċerpersin tal-gvern stess. Greenland - li spjega kif f’Malta m’hawnx proċess ta’ rikonċiljazzjoni tajjeb – qal ukoll li ħafna drabi ma tkunx taf quddiem min se jitressaq il-każ, bejn it-tribunal industrijali u l-qorti ċivili.

    Meta kien qiegħed itemm il-business breakfast Tony Zarb qal li l-GWU qiegħda tressaq 64 proposta għall-ġid tal-poplu.

    “Bħala GWU irridu li dawn il-proposti jkunu attwati fl-interess tal-pubbliku, biex il-ġid jinqasam b’mod ġust. Bħala GWU qed inħeġġu lill-gvern ġdid biex il-qasam soċjali jibqa’ sostenibbli. Dawk li ma jifilħux fis-soċjeta għandhom ikunu imwieżna,” qal Tony Zarb.

    “Fid-dokument hemm proposti konkreti dwar il-qasam soċjali, fosthom is-saħħa u l-edukazzjoni, li huma ta’ ġid kbir għall-popolu Malti u Għawdxi kollha.

    “Prosposta oħra dwar il-pensjonanti u l-pensjonijiet, u ż-żgħażagħ li aħna għandna fiduċja fihom għax huma l-mexxejja ta’ għada. Proposti dwar il-persuni b’diżabilità li għandhom ikunu mgħejjuna bi dritt,” qal Tony Zarb li tkellem ukoll dwar proposti biex persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti ma jsibu l-ebda xkiel f’ħajjithom.

    “Dwar il-ħaddiema barranin, il-GWU qed tgħid li mhux biss ma jibqgħux ikunu abbużati iżda għandhom ikunu integreti. Meta kienu daħlu magħna membri ħaddiema barranin, il-ħsieb tagħna kien wieħed, l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta,” żied Tony Zarb.

    Huwa temm jitkellem dwar il-ħtieġa li l-unjins jingħataw ir-rappreżentanza f’diversi entijtajiet. “Il-Gvern qed iċaħħaddna milli jkollna rappreżentanza f’diversi entitajiet bħal ETC. Minkejja li nnominajna persuna, il-Gvern għażel nies minn unjin oħra. Il-Gvern qed jiddiskrimina mal-GWU,” qal Zarb li wissa li min qed jiddiskrimina kontra l-GWU m’għandux jistenna l-appoġġ tal-Unjin.

    (Ritratti: Ray Attard),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0