“Il-kliem "Każin" u "Banda" għadhom jiġu meqjusa bħala xi ħaġa tal-passat, dilettantesk, u ta’ klassi baxxa”

  • Set 15, 2018 19:53
  • Miktub minn iNews
"

    Is-surmast Daniel Vella meta kkummenta ma’ inewsmalta dwar l-istħarriġ tal-NSO u s-sitwazzjoni fil-baned qalilna li “l-problema, fl-opinjoni tiegħi mhix la il-kuntrattur u lanqas il-bandisti. L-akbar problema, apparti l-prezzijiet li dejjem jogħlew, u dawn mhux minn nies li jqabbad il-kuntrattur għax dawn għandhom prezz fiss u li jistabillixieh hu fil-maġġor parti tad-drabi. Din il-problema għandha ħafna uċuħ. Nibdew l-ewwel billi nagħrfu li l-kliem "Każin" u "Banda" għadhom jiġu meqjusa bħala xi ħaġa tal-passat, dilettantesk, u ta’ klassi baxxa. Ftit huma in-nies li jafu li ħafna mill-mużiċisti tajbin Maltin jafu l-għeruq mużikali tagħhom fil-baned. Apparti mużiċisti insibu ukoll nies ta' edukazzjoni għolja, membri fil-Parlament, ambaxxaturi, u l-lista tkompli. Waħda mill-fatturi li l-baned għadhom jiġu meqjusa bħala ta klassi baxxa hija il-fatt li l-media aktar tirrikonoxxi, xi ħarqa nar tajba, xi armar lussuż jew ġlieda li inqalgħat fil-festa milli attivitajiet bħal programmi mużikali, recordings, tagħlim tal-mużika u affarijiet bħal dawn biex in-nies jerġgħu japprezzaw il-bżonn tal-baned u l-ġid li dawn jagħmlu fil-kultura mużikali Maltija.”

    Isostni li “rridu insemmu ukoll li qisu bħal xejn li ġenitur jara aktar "valur għall-flus” li jibgħat it-tfal tiegħu il-privat tal-mużika milli jibgħatu għand l-istess għalliem ġo każin li ħafna drabi it-tagħlim ikun jew b'xejn jew b'donazzjoni miżera. Iridu ukoll naċċetaw li t-tfal illum għandhom ħafna affarijiet fejn imorru u ovvjament il-kejk jinqasam f'aktar biċċiet,meta sa 20 sena ilu il-banda u l-aktar l-aktar xi klabb tal-football kienu l-affarijiet li t-tfal setgħu jagħmlu u li kienu popolari.    Apparti il-fatt li ġewwa l-iskejjel akkademiċi tagħna il-mużika u l-arti inġenerali hija kważi ineżistenti u għaldaqstant it-tfal ma jkollhomx dik il-ħajra li jgħidu jekk il-mużika togħgobhomx jew le. Ovvjament dawn huma uħud mill-punti għaliex naqsu il-bandisti, anzi aktar u aktar l-istudenti li jattendu għal-lezzjonijiet tal-mużika ġewwa l-każini tagħna”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0