Il-Prim Ministru Joseph Muscat fi stqarrija ministerjali fil-Parlament tkellem dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tas-salvataġġ ta’ 700 immigranti u l-kwistjoni bejn Malta u l-Italja. Hu qal li għadu kif ġie kuntattjat mill-UNHCR biex jaraw Malta hux lesta tieħu ammont ta’ immigranti bi bżonnijiet mediċi. Il-Prim Ministru Muscat qal li bħal ma ġara drabi oħra, Malta hi disponibbli li tilqa’ lil dawn l-immigranti.
Il-Prim Ministru qal li “s-salvataġġ ta’ 700 immigrant sar fiż-żona ta’ salvataġġ Libjana u tmexxew miċ-ċentru ta’ kordinament ta’ Ruma. L-MV Aquarius itajjar bandiera ta’ Ġibiltà u hu mmexxi minn organizazzjoni Franċiża. Malta la kienet l-awtorità li qed tikkordina u lanqas kellha l-kompetenza. Il-bastiment kellu jmur lejn l-Italja u meta kien b’ibħra internazzjonali u meta ma kien hemm ebda diffikulta l-awtoritajiet Taljani tawha ordni biex tieqaf u ma tibqax tipproċedi lejn l-Italja. Dawn ma setgħux taw ordni bħal din u dan imur kontra l-liġi marittima u li seta’ ħoloq kriżi umanitarja.”
Il-Prim Ministru qal li “bħala pajjiż aħna se nibqgħu nsegwu l-liġijiet marittima u din wassaltha lill-Prim Ministru Taljan, Conte. Se naħdmu biex ikollna relazzjoni tajbin ma’ l-Italja u mal-ġirien kollha tagħna. M’għandniex għalfejn inkunu fuq naħat differenti. Importanti li l-gvernijiet u l-organizazzjonijiet isegwu ir-regolamenti maqbula. Eventwalment tħabbar li Spanja, offriet biex l-MV Aquarius jidħol fil-port ta’ Valencia. Nirringrazzja lil Prim Ministru Spanjol talli intervjena u hemm bżonn li npoġġu madwar mejda biex din is-sitwazzjoni ma terġax tinqala. Bqajna insegwu biex l-immigranti ma jibqgħux f’periklu. Il-Gvern Malti bagħti konsenja ta’ ikel u ilma lil immigranti abbord. Dan għamilnieh minkejja li ma saret ebda talba.”
Tenna li meta l-Ewropa għamlet il-kwoti, Malta kienet l-ewwel pajjiż li ħadet dawk il-kwoti. Hu enfasizza li “ma nistgħux nieħdu aktar milli nifilħu. Aħna fost l-aktar li nipproċessaw applikazzjonijiet tal-ażil. Fl-ewwel xhur ta’ 2018 konna it-tielet l-aktar pajjiż li pproċessajna applikazzjonijiet ta’ ażil. Fl-aħħar xhur meta naqsu l-immigranti li jaslu, dejjem għidt li din hi sitwazzjoni volatili. Se nibqa’ naqbeż għal pajjiżi, imma mhux se nħalli min juża dan biex irewwaħ ir-razziżmu. Nisħaq għall-għaqda nazzjonali. Il-fatti juru li imxejna b’mod sod imma korrett”.
Il-Prim Ministru ħabbar li kien għadu kif ġie infurmat mill-UNHCR biex jaraw il-gvern Malti hux lest li jieħu immigranti li għandhom bżonnijiet mediċi bħala nisa tqal u l-gvern Malti aċċetta dan.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.