"Dak kien il-partit li ħabbejt" - Alfred Bray, attivist u eks kandidat tal-PN

  • Mar 06, 2013 10:37
  • Miktub minn

    Fil-Mosta Alfred Bray dejjem kien magħruf bħala Nazzjonalist akkanit. Saħansitra, kien hemm elezzjonijiet fejn kien kandidat u għal snin twal ħa ħsieb il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta. Iżda, erbat ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali fuq One Breakfast Alfred Bray iddikjara li jinsab iddiżgustat b’dak li jinsab għaddej fil-Partit Nazzjonalista li ma baqax jisma’ lin-nies.

    Bray jagħmel appell lil dawk indeċiżi: “Tħossha bi tqila li min-nazzjonalista taqbel għall-Partit Laburista, imma waħda ngħid, aħna lkoll ċittadini Maltin u m’għandniex noqogħdu naraw il-passat u għandna naraw il-futur.”

    Intant, f'każ separat filmati li poġġa l-eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista fuq is-sit magħluq tiegħu fuq facebook liema sit jistgħu jaraw x'jinkiteb il-membri Nazzjonalisti biss, qajmu reazzjoni minn diversi persuni li bdew jilmentaw mill-fatt li l-Gvern Nazzjonalista ma ħax ħsieb in-nies tiegħu. Peter Darmanin iweġibhom li hu m'għandu xejn fuq il-kuxjenza.

    Norman Cremona jiktiblu li "sur Peter issa tard wisq. Tista' ġġib miljuni ta' filmati għax min għandu l-ħsieb li ma jivvutax lill-Partit Nazzjonalista jew jastjeni mill-vot mhux ħa jisma'. Dan kollu tort tal-Partit Nazzjonalista għax ma beżgħax għan-nies. B'kull rispett taf x'qed ngħid għax bniedem b'fehma Laburista gawda kemm felaħ u n-Nazzjonalist beka. Issa jekk għandi żball ikkoreġini.”

    Peter Darmanin iwieġeb lura u jgħid li "nibqa' pożittiv. Mill-esperjenza tiegħi personali tgħallimt li ħadd ma jgħidlek l-istorja kollha. Jekk jirbaħ il-Partit Laburista jien m'għandi xejn fuq il-kuxjenza. Min ma jivvutax jew iħassar il-vot ma jkun qed isolvi xejn".

    Messaġġ ieħor lil Peter Darmanin kien jgħid li "l-poplu jiġi jaqa' u jqum mill-investiment, mill-proġetti, mill-ġonna li jinfetħu, mil-iskejjel u mit-toroq. Meta t-tolqtu personali t-tarka tkun il-vot biss u hekk se jiġri.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 11

  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    IEHOR BLA PRINCIPJU.. BHALL FRANCO DEBONO.. AX MA JILGHABX .. IHASSAR !!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    ara alfred bray fred tiftakarni lili joe fil hotel halli ma insemix li mi fred ara egojizmuxi gallejk taghamel u gijba dijn ta jekk jogbok

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Meta tisma nies bhal dawn jitkellmu dwar il-PN kif inbidel totalment minn znien Eddie ghal-llum taht il-klikka GonziPN, tk

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    MINN JONQOS IDUR BHALI U ELUF OHRA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    "Mill-esperjenza tiegħi personali tgħallimt li ħadd ma jgħidlek l-istorja kollha." U naħseb li dan tassew mill-esperjenza personali qed jikteb dan.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Merħba fostna sur Bray. Hemm nazzjonalisti sinċieri li tkellmu miegħi u qaluli kif il-PN m'għadhux kif kien u mar mill-ħażin għal għar. Uħud minnhom qaluli wkoll li għax qalu d

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Alan la verita offende You people refuse to open your eyes and ears but thanks to Joseph many many people have listened and are choosing right from wrong come Sat you will learn a very big lesson

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    @Alan F'Liema sens ghax ma jighabx ihassar? Trid tghid jekk ma tkunx lest li tilghab fil- korruzzjoni u tkun korrott. F' dan is-sens trid tghid.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    merhba fostna Sur Bray. kif kien jghidilna l-mahbub Eddie, is-SEWWA TERBAH ZGUR!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Nixtieq naghnqek mieghi, the truth has set you free, prosit. Int, u min u bhallek, kuragguz u ragel fuq l-irgiel.

    Irrispondi