Mro. Daniel Vella jiddebutta bħala Surmast Direttur tal-Banda San Leonardo

  • Diċ 29, 2016 13:22
  • Miktub minn iNews
"

    L-Għaqda Mużikali San Leonardu bi pjaċir tħabbar li b’effett mill-4 ta’ Ottubru 2016, ħatret lil Mro. Daniel Vella fil-kariga ta’ Surmast Direttur kif ukoll għalliem tal-brass u perkussjoni.  Mro. Vella ddebuta fil-kariga gdida tieghu fi hdan din l-ghaqda nhar l-Erbgha li ghadda, 28 ta’ Dicembru, meta dderiega l-ewwel home concert tal-Ghaqda Muzikali San Leonardu.

    Sabiex tassisti lis-Surmast Direttur intagħżlet is-Sra. Jessica Ellul, u li ser tkun responsabbli mit-tagħlim tal-istrumenti tal-qasba. Wara li tlett snin ilu l-Għaqda ngaġġat lis-Sra. Pamela Sacco bħala għalliema tal-pjanu, din ġiet integrata b’mod sħiħ fl-istruttura tat-tagħim tal-banda u għaldaqstant, ingħatat l-inkarigu li tassisti lis-Surmast Direttur u  tgħallem it-teorija lill-allievi li jkunu interessati li jitgħallmu strumenti bandistiċi. Dan kollu ser jagħmilha possibbli wkoll li l-Banda San Leonardo tkompli tressaq lill-allievi tagħha għall-eżamijiet tal-London College of Music, kemm mil-lat teoretiku kif ukoll dak prattiku sa livelli avvanzati ħafna.

    Permezz ta’ dan it-tibdil l-Ghaqda Muzikali San Leonardo qeghda qegħda titbieghed minn kunċett li ta riżultati sodisfaċenti fil-passat u tmur għal struttura moderna li ċerti li se taghti riżultati tajbin ħafna fil-futur. Dan il-mudell ta’ tagħlim ser jippermetti wkoll lill-Banda tagħna tibqa’ relevant għaż-żgħażagħ fiż-żminijiet li ġejjin.

    Intant, fit-28 ta’ Diċembru li ghadda l-Għaqda Mużikali San Leonardu tellgħet l-ewwel Home Concert tagħha taħt it-treġija ta’ Mro. Daniel Vella. Waqt din l-attività li saret fis-sede tal-Għaqda ipparteċipaw l-allievi kollha tal-Banda San Leonardo. 

    Dawk kollha, minn ħames snin ‘il fuq, li jixtiequ jibdew jitgħallmu l-mużika jew isegwu l-lezzjonijiet tal-pjanu mingħajr ħlas, jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ membri tal-kumitat permezz tal-paġna facebook tal-Għaqda Mużikali San Leonardu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0