Kunċert tal-Milied mill-Kor Jubilate Deo

  • Diċ 01, 2016 00:55
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, nhar l-Erbgħa 14 ta’ Dicembru  fis-7.30pm ser jittella’ l-Kunċert Annwali tal-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Dan il-kunċert sar appuntament tant mistenni f’dan iż-żmien mhux biss ghall-livell mużikalment eċċellenti imma iżjed importanti għaliex idaħħal lill-udjenza fl-ispirtu qaddis tal-Milied. Apparti l-kor, taħt id-direzzjoni ta’ Christopher Muscat, ser jieħdu sehem l-organista Ronald Camilleri, il-Cappella Gregoriana ta’ l-istess kor kif ukoll il-Pueri Cantores Jubilate Deo (direttriċi Daniela Ellul). Din is-sena il-kor ser ikun akkumpanjat ukoll minn band magħmula minn uħud fost l-aqwa mużiċisti fix-xena lokali: Christine Dimech (sassofonu) Daniel Vella (tromba), Joanna Camilleri (pjanu), Simon Sammut (bass guitar) u Renzo Spiteri (perkussjoni). Dawn l-elementi kollha żgur li ser jgħinu sabiex din is-serata tkun wahda indimentikabbli.

    Il-Kor Jubilate Deo kien imwaqqaf mir-Rev. Paul Caruana fl-1974 bħala kor tal-bniet u minn dak iż-żmien kiber u żviluppa bħala wieħed mill-aktar korijiet stabbiliti fil-qasam tal-mużika sagra. Matul is-snin il-kor esegwixxa ġewwa t-Teatru Manoel kemm-il darba kif ukoll ħa sehem fil-produzzjoni tal-BBC “Songs of Praise” li xxandret fuq it-televiżjoni mad-dinja kollha. Fl-1990 il-kor kanta waqt iż-żjara f’Malta tal-Papa Ġwann Pawlu II. Wara s-suċċess tal-ewwel eżekuzzjoni f’Malta tal-Oratorio di Natale ta’ Camille Saint-Saens f’Diċembru tal-2005, il-Kor Jubilate Deo irċieva numru ta’ stediniet prestiġjużi, l-aktar fosthom f’Novembru 2006 meta il-kor ħa sehem fl-ewwel esekuzzjoni fi żminijiet moderni tal-Messa di Requiem ta’ Paolino Vassallo kif ukoll l-opra Il-Wegħda ta’ Charles Camilleri flimkien mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Fl-2013 il-Kor Jubilate Deo ingħata Ġieħ in-Naxxar kif ukoll ipparteċipa fil-festival internazzjonli tal-korjiet Musica Sacra a Roma fejn ġie ppremjat b’Silver Medal Diploma fiż-żewġ kategoriji li pparteċipa fihom. Appuntament importanti ghall-Kor Jubilate Deo huwa il-premiere mondjali tal-Oratorio Fino ai Confini della Terra  tal-kompozitur ta’ fama mondjali Marco Frisina, li ser jitmexxa mill-istess kompozitur fid-9 u 11 ta’ Frar 2017.

    Id-dħul huwa b’xejn iżda għal min jixtieq ikollu post riservat huwa mitlub li jagħmel dan billi jżur is-sit "www.jubilatedeo.com" www.jubilatedeo.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0