Eksġurnalist tal-Union Print rikonoxxut għall-aħjar użu tal-Malti

  • Mej 22, 2016 10:34
  • Miktub minn iNews

    L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ilbieraħ filgħaxija ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tal-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards f’ċerimonja li saret fil-Lukanda The Palace, Tas-Sliema fejn matulha jkunu ppremjati dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu.

    Għas-serata attenda l-Onor. Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr. Anġlu Farrugia, u dawk preżenti kienu indirizzati mill-Onor. Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, is-Sur Evarist Bartolo fl-okkażjoni tat-tnedija tal-Kors fil-Ġurnaliżmu fil-Livell ta’ Baċellerat li se jsir mill-Kunsill Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija minn Ottubru li ġej b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu u b’appoġġ tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

    Fl-istess ċerimonja, ġurija indipendenti ippreseduta mill-President Emeritus Dr George Abela bħala Chairman, flimkien mas-Sur Malcolm J. Naudi u s-Sur Mario Saliba ħabbret lis-Sur John Pisani, bħala r-rebbieħ tal-Gold Award. 

    Il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, Chairman tal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu, ippreżenta l-Gold Award lis-Sur Pisani. Dan l-unur jingħata lil persuna nnominata li skond il-Ġurija tkun marret lil hinn minn rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu. 

    Ġurija indipendenti oħra kienet maħtura mill-IĠM biex tevalwa s-sottomissjonijiet għall-Malta Journalism Awards. Din kienet magħmulha mis-Sur Joe A. Vella bħala Chairman u mis-sinjuri George Cini u John Inguanez. Dawn kienu r-rebbieħa kollha:

     

    Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet – sponsorjata mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 

    Caroline Muscat (The Sunday Times of Malta)

    Victor Vella – Runner-up (l-orizzont/It-Torċa)

    Joe Mikallef – Runner-up (il-mument/In-Nazzjon)

     

     

    Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjata minn The Farsons Foundation 

    Roberto Runza (il-mument/In-Nazzjon)

    Darrin Zammit Lupi – Runner-up (The Times of Malta/Reuters/Newsweek/Financial Times Photo Diary) 

    Mark  Zammit Cordina – Runner-up (The Times of Malta/The Sunday Times of Malta)

     

     

    Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Aħbarijiet

    – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir 

    Keith Demicoli (PBS)

    Nigel Mifsud – Runner-up (PBS)

    NET News – Runner-up

     

     

    Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Features

    – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir 

    Mario Xuereb - TVM

    Xarabank – Runner-up (TVM)

    Ruth Castillo – Runner-up (TVM)

     

    Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat Televiżiv

    – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir 

    PBS Newsroom

    Xarabank – Runner-up (TVM)

    Jan Mifsud – Runner-up (TVM)

     

     

    Ġurnaliżmu Mxandar – Radju 

    – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir 

    Mario Xuereb (Radju Malta)

    Andrew Azzopardi – Runner Up (Radju Malta)

    David Bonello – Runner-Up (Radju Malta)

    George Cremona – Runner-Up (RTK)

     

     

    Ġurnaliżmu Kulturali Stampat– sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu 

    Lino Bugeja (The Sunday Times of Malta)

    Veronica Stivala – Runner Up (The Sunday Times)

    Noel D’Anastas – Runner Up (il-mument)

    Victor Vella – Runner Up (l-orizzont/It-Torċa)

     

     

    Ġurnaliżmu Kulturali Mxandar– sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu 

    CVC Media (TVM)

    Graziella Ellul – Runner-up (TVM)

    Ruth Amaira – Runner-up (TVM)

     

     

    Ġurnaliżmu dwar l-Ivvjaġġar – sponsorjata minn Brittania Services Limited

    Roberto Runza/Frank Psaila/Robert Cremona (il-mument)

    Xarabank – Runner-up (TVM)

    Keith Demicoli – Runner-up (TVM)

    CVC Media – Runner-up (TVM)

     

     

    Ġurnaliżmu Imxandar Sports – Kategorija sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

    Christian Micallef (NET TV)

    Nigel Mifsud – Runner-up (TVM)

    Rodney Vassallo – Runner-up (TVM)

     

    Ġurnaliżmu Stampat Sports – sponsorjata minn Crystal Finance Investments Limited

    (trofew ippreżentat minn Gabriella Calamatta, Direttur Riżorsi Umani)

    Kevin Azzopardi (The Sunday Times of Malta)

    Lino Bugeja – Runner-up (The Sunday Times of Malta)

     

     

    Ġurnaliżmu Fotografiku Sports – sponsorjata mill-Malta Gaming Authority

    Paul Zammit Cutajar (The Times of Malta/Professional Image Maker)

    Mark Zammit Cordina – Runner-up (The Times of Malta

    Domenic Aquilina – Runner Up (The Malta Independent/Professional Imagemaker)

     

     

    Ġurnaliżmu Elettroniku (e-Journalism) – sponsorjata minn SmartCity Malta 

    Martha Carabott/Graziella Ellul (newsbook.com.mt)

    Catherine Aquilina – Runner-up (newsbook.com.mt)

    Nigel Mifsud – Runner-up (tvm.com.mt)

     

     

    Artikli ta’ Opinjoni  

    Kristina Chetcuti (The Sunday Times of Malta)

    Andrew Azzopardi – Runner-Up (The Malta Independent)

    Lino Bugeja– Runner Up (The Sunday Times)

     

     

    Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjat mill-Kumpanija Green Pak Co-op Society Limited

    Caroline Muscat (The Sunday Times of Malta) 

    Alan Deidun – Runner-up (The Sunday Times of Malta)

    Keith Demicoli – Runner Up (TVM)

     

     

    Ġurnaliżmu Etiku u Pożittiv dwar il-Persuni B’Diżabilita – sponsorjata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilita

    Veronica Stivala (The Sunday Times)

    Norma Saliba – Runner-up (TVM)

    Yendrick Cioffi/George Gremona – Runners-up (newsbook.com.mt)

     

    L-Ilsien Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu Stampat– Kategorija Speċjali 

    Melvic Zammit (Union Print)

     

    L-Ilsien Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu Mxandar– Kategorija Speċjali 

    Graziella Ellul (TVM)

     

    Il-Ġurija ħejjiet ukoll rapport dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom, li ġie ppubblikat fil-fuljett tas-serata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook