Ingredjenti:
4 folji għaġina filo
3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
200g ġelat
60g frawli mqatta'
40g pistaċċi
60g frott imħallat biex iżżejjen il-wiċċ
Metodu:
Iftaħ l-għaġina u uża mqass biex tqattagħha, l-ewwel strippi u mbagħad kwadri.
Idlek muffin tin biż-żejt taż-żebbuġa.
Dellek kull biċċa kwadra ta' għaġina bi ftit żejt u poġġiha fil-muffin tin. Irrepeti sakemm ikollok tliet biċċiet għaġina f'kull ħofra tal-muffin tin.
Saħħan il-forn għal 200 grad Celcius. Poggi l-muffin tin fil-forn u aħmi għal 5 - 6 minuti. Oqgħod attant li ma jinħarqux.
Ipprepara l-ġelat billi tħallat miegħu l-frawli u l-pistaċċi u erġa' poġġih fil-friża.
Ħalli l-forom tal-għaġina jiksħu, imbagħad neħħihom mill-muffin tin. Poġġihom fuq platt. Imliehim bil-ġelat u żejjen bil-frott frisk u ftit icing sugar. (Jiena użajt it- tut, frawli u dragon fruit għall-wiċċ.)
Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com
Ritratt: Stefan Stafrace
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.