Favur il-pubblikazzjoni ta' kuntratti pubbliċi

  • Apr 19, 2016 00:47
  • Miktub minn iNews

    "Irridu nkunu aktar miftuħin. Naqbel li t-tendenza għandha tkun li nippubblikaw kemm nistgħu kuntratti pubbliċi." Hekk iddikjara l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis waqt li ta spjega ta' kif il-Gvern preżenti qed jara li jindirizza l-kwistjoni ta' governanza. 

    Fid-dawl tal-Panama Papers, fil-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista li saret il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru ħabbar għadd ta' miżuri li l-Gvern se jkun qed jintroduċi biex jgħolli l-istandards fl-imġieba tal-politiċi. Fuq quddiem nett hemm l-Open Contracting Partnership li kif spjega l-Ministru Zammit Lewis, "jekk ma jkunx hemm xi fattur li jippreġudika l-qagħda kummerċjali tan-negozjati, il-kuntratt se jkun qed jiġi ppubblikat." 

    Minħabba li fl-aħħar snin u taħt amministrazzjonijiet differenti kienu diversi l-kuntratti pubbliċi li ma ġewx ippubblikati minħabba raġunijiet ta' sensittività kummerċjali, inewsmalta.com staqsa dwar x'se jkun il-fattur li jagħmel il-ftehim wieħed sensittiv biex dan jibqa' ma jiġix ippubblikat. 

    Il-Ministru Zammit Lewis wieġeb li l-linja l-ħamra f'dan ir-rigward huwa dak li jista' jaffettwa l-kompetittività ta' pajjiżna. "Dak li jista' jaffetwa l-kompetittività ta' pajjiżna ma nippubblikawhx," sostna. 

    Hawn fakkar madankollu fil-mod kif il-Gvern preċedenti uża l-iskuża ta' sensittività kummerċjali b'mod li jiżboq kull raġuni prattika, meta fost oħrajn irrifjuta li jagħti tagħrif dwar in-nefqa tal-Air Malta fuq uniformijiet. 

    Irrimarka però li hemm għadd ta' kuntratti msemmija fir-rapport li l-PN kien ippubblika xhur ilu dwar governanza tajba li sa llum ġew ippubblikati, bħalma huwa dak tat-trasport pubbliku. Mhux hekk biss, waqt li lbieraħ il-Parlament iddiskuta l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern, il-Prim Ministru reġa' aċċerta i l-kuntratti kollha se jkunu qed jiġu ppubblikati sa tmiem din is-sena. 

    Kif indika l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista, se jkun id-Deputat Prim Ministru li jara li l-prinċipju tal-Open Contracting Partnership jiġi pprattikat kif mistenni. 

    Wara li fl-ewwel xhur tal-leġiżlatura l-Gvern introduċa l-liġi tal-Whistleblower u neħħa l-preskrizzjoni f'każi ta' korruzzjoni politika, minbarra l-pubblikazzjoni ta' kuntratti pubbliċi hemm miżuri oħrajn li mistennija jiddaħħlu biex jogħlew l-istandards fl-imġieba tal-politiċi. 

    Fil-fatt fiż-żmien li ġej mistenni li titwaqqaf il-kariga ta' Kummissarju tal-istandards li għandu jżid id-dixxiplina fuq il-membri parlamentari u l-politiċi. Għandha tiġi mwettqa l-wegħda elettorali li l-onorarja tal-membri parlamentari tibda titħallas skont l-attendenza. Issemma wkoll reġistru internazzjonali ta' kumpaniji li jkunu involuti f'każi ta' korruzzjoni. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0