Il-Partit Nazzjonalista mhux se jinxtara minn Joseph Muscat - P

  • Ott 22, 2015 17:49
  • Miktub minn 1

    Stqarrija mill-Partit Nazzjonalista tgħid li dalgħodu, il-media tal-Partit irċeviet offerta ta’ reklamar li tammonta għal għaxart elef ewro (€10,000), għal spots ta’ propaganda tal-Gvern dwar il-baġit. Dawn l-ispots diġa twaqqfu mill-Awtorita’ tax-Xandir meta l-Gvern prova jxandarhom fuq PBS aktar kmieni din il-ġimgħa.

    Akkost li jitlef dħul sostanzjali, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jirrifjuta din l-offerta u mhux se jxandar spots ta’ propaganda politika sfaċċata ta’ din ix-xorta.

    F’kumment minn Madrid fejn bħalissa qed jattendi l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal: “Il-Prim Ministru issa jrid jixtri anke lill-Partit Nazzjonalista. Din hija konferma tal-filosofija politika ta’ Joseph Muscat li għalih il-flus kollox u bil-flus mingħalih li jista’ jixtri kollox u lil kulħadd. Imma lilna mhux se jixtrina. Il-Partit Nazzjonalista mhux se jinxtara.”

    “Dan huwa l-mod kif il-Gvern qed jaħli flus il-poplu - fuq propaganda sfaċċata. Kien ikun ferm aħjar kieku l-Gvern uża l-flus li qed jaħli fuq din il-propaganda biex jindirizza l-problemi li qed jolqtu lin-nies bħal dawk li l-mediċina tal-kanċer tagħhom tiswa €3,000 fix-xahar u qed jitħallew ifendu għal rashom filwaqt li l-Gvern iberbaq il-flus fuq il-propaganda,” qal Simon Busuttil.

    La darba dawn l-ispots diġa’ twaqqfu mill-Awtorita’ tax-Xandir minn fuq PBS, il-fatt li l-Gvern xorta qed jipprova jxandarhom fuq stazzjonijiet privati juri l-arroganza tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-Awtorita’ tax-Xandir tintervejni biex ma tħallix lill-Gvern ixandarhom fuq One TV għax b’hekk ikun qed jiffinanzja indirettament lill-istazzjon tal-Partit Laburista stess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Ott 22, 2015

    x'irid jixtri JOSEPH? Idejn li ghandkhom? il kaffiterija? ir rota ta Simon jew xi ritratt tieghu? xi deputat riciklat? Meta tohorgu stqarrija kemm niehu pjacir ghax nidhaq ftit.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2015

    Ghadni ma nistax nifhem l'affarijiet li tghid Dr.Busuttil.Veru li jien

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2015

    Min ix-xjafek iridkhom biex jixtrikhom. Mela ma tifthuhomx l-emails li jibaghtulkhom nazzjonalisti stess fejn jghidulkhom li qazzistuhom? Ma taqrawx xi jghidulkhom in-nies taghkhom stess jewwilla?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2015

    Jekk il-PM huwa salesman tajjeb, tghid mhux ser jipprova jixtri lilkom? Simon, Beppe, Mario & Co., kunu afu li l-mexxej gdid nazzjionalista li ghad imexxi l-PN fil-gvern, ghad irid jitwieled.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 24, 2015

    mela dak hsiebtuh inthom jew meta pruvajtu tixtruh bil 500euro fil gimgha biex ma tidrux koroh inthom imma fwicckhom baqa ghax ma ghamilx ghal flus bhalkhom

    Irrispondi