Il-Prim Ministru juri apprezzament lejn ix-xogħol li qed tagħmel il-GWU

  • Ott 22, 2015 17:32
  • Miktub minn 1

    Waqt laqgħa li saret bejn il-General Workers’ Union u l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Prim Ministru wera l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol li l-GWU għamlet f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol prekarju.

    L-ewwel intervent sar mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, li qal li l-Unjin qed tħares 'il quddiem biex taħdem mal-gvern f’diversi oqsma, fosthom is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan biex tinbidel is-sitwazzjoni ta’ immigranti li qed jiġu sfruttati fuq il-post tax-xogħol u wkoll biex jiġi indirizzat il-faqar, anke dak soċjali.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-gvern huwa miftuħ għar-relazzjonijiet mal-Unjins kollha u qal li dan il-gvern huwa kontra l-politika tal-għira. Hu qal ukoll li f’pajjiżna hawn l-inqas rata ta’ qgħad imma madankollu ma nistgħux ninsew lil min huwa bla xogħol.

    Huwa saħaq fuq l-importanza li f’pajjiżna ma nitkellmux biss fuq xogħlijet iżda wkoll fuq karrieri. Qal li fost l-oħrajn jixtieq jara aktar żgħażagħ jieħdu l-qasam tat-turiżmu bħala karriera. Qal ukoll li l-gvern għadda messaġġ dwar dan bil-bini ta’ kampus ġdid tal-ITS.

    Huwa wera l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol li għamlet il-GWU fil-qasam tax-xogħol prekarju fejn qal li din il-kwistjoni spiċċat fuq l-aġenda tal-pajjiż wara li tkellmet fuqha l-GWU.

    Il-Prim Ministru temm jgħid li dan it-tip ta’ faqar il-gvern qed jiġġieldu.

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0