Villaġġ għaż-żgħażagħ b’firxa wiesgħa ta’ servizzi

  • Aww 11, 2015 11:48
  • Miktub minn Melvic Zammit

    Bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni biex jinħolqu spazji ġodda fil-komunità lokali biex jappoġġjaw l-iżvilupp taż-żgħażagħ, se jinħoloq vilaġġ f’faċiltà ddisinjata speċifikament u ċentralizzata f’Santa Venera. Dan se jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ sapport, programmi, attivitajiet u riżorsi liż-żgħażagħ u l-ħaddiema soċjali.

    Dan il-proġett jagħmel parti mill-“Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ lejn l-2020,” li tnediet mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Chris Agius.

    Din il-politika, li tiffoka fuq żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-20 sena, inkludiet pjan ta’ azzjoni dwar diversi suġġetti, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa, l-impjiegi u l-intraprenditorat, l-arti u l-kultura, l-inklużjoni soċjali, l-attivitajiet volontarji u fil-komunità u l-isports.

    Iċ-Ċerpersin tal-grupp inkarigat mit-tfassil ta’ din il-politika, Miriam Teuma, qalet li din saret wara konsultazzjoni li ħadet ftit aktar minn sena u li fiha kienu involuti diversi entitajiet, inkluż iż-żgħażagħ infushom.

    Hija qalet li din il-politika tistrieħ fuq tliet piliastri separati, iżda li għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin. Hija spjegat kif l-ewwel pilastru huwa r-realtà tal-ħajja taż-żgħażagħ f’Malta llum u kif politika koerenti tista’ tgħin liż-żgħażagħ fi ħtiġijiethom u fl-aspirazzjonijiet tagħhom.

    “It-tieni pilastru,” kompliet tispjega l-kelliema, “huwa l-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ matul dawn l-aħħar 20 sena, kemm fuq livell Ewropew, u kemm fuq livell nazzjonali.”

    Teuma qalet li t-tielet pilastru huwa l-aġenda politika tal-Gvern għal parteċipazzjoni demokratika aktar wiesgħa, progress ekonomiku u soċjali għal kulħadd, kif ukoll bidla inklużiva.

    Iċ-Ċerpersin qalet li din il-politika hija msejsa fuq tmien prinċipji differenti: "Ir-rispons, l-aċċess, il-parteċipazzjoni, l-inklużjoni, l-integrazzjoni, id-diversità, l-empowerment u l-ugwaljanza.”

    Il-Ministru Bartolo qal li l-Ministeru tiegħu u l-Gvern huma kommessi biex iressqu ’l quddiem il-benefiċċji minn din il-politika l-ġdida għal dawn il-ħames snin li ġejjin.

    Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Agius qal li l-politiċi se jkunu qed jaraw li din il-politika ma tibqax fuq il-karta iżda tiġi implimentata biex twassal għal riżultati tanġibbli, bil-għan li ż-żgħażagħ, il-familji tagħhom u l-komunitajiet jibbenefikaw.

    Il-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (NYC),, Andrew Micallef, appella lill-politiċi biex iż-żgħażagħ li huma soċjalment esklużi ma jintesewx għax ikun faċli li tinkludi lil dawk imsieħba f’organizzazzjoni jew oħra iżda tinsa lil dawk li huma soċjalment esklużi.

    Micallef, involut ukoll fit-tħejjija ta’ din il-politika, appella liż-żgħażagħ biex jużaw id-dokument tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ bħala l-manwal tagħhom.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Aww 11, 2015

    Issa in fila wara Marlene Farrugia tal-PN kollh kontra dan il-progett ghal xi raguni jew ohra.

    Irrispondi
  •  

Riċetti

Facebook