Tfal minn Skolasajf jimpenjaw ruħhom għall-Malta Community Chest Fund

  • Aww 11, 2015 10:15
  • Miktub minn

    Bħala parti miż-żjajjar spissi fl-iskejjel, l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca dan l-aħħar żaru lit-tfal li qed jattendu ċ-Ċentru ta’ Skolasajf fis-Siġġiewi. Matul din iż-żjara kienet akkumpanjata minn Charles Borg, CEO ta’ Bank of Valletta, is-Sa Elizabeth Pisani CEO tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u s-Sa Rodianne Fenech, Koordinatriċi taċ-Ċentru.

    Matul iż-żjara tagħha, l-E.T. il-President ingħatat informazzjoni fuq l-attivitajiet li qed jagħmlu t-tfal u min jieħu ħsieb dan iċ-Ċentru, inkluż attivitajiet li għandhom l-għan li jiġbru fondi għall-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank matul is-sajf.

    Kif spjega Charles Borg, “B’rabta max-xewqa tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca l-kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank qed tiġi estiża matul ix-xhur tas-sajf biex tagħti opportunità akbar lit-tfal li jgħinu lil ħaddieħor b’mod attiv permezz tal-azzjonijiet tagħhom.” Huwa kompla, “Illum, aħna qed inkunu xhieda ta’ numru vast ta’ attivitajiet li fihom kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri tagħhom qed ikunu involuti b’mod attiv. B’dan il-mod, nemmnu li din il-kampanja ħa tilħaq l-għan tagħha li tkabbar l-ispirtu ta’ solidarjetà u altruwiżmu fit-tfal tagħna.”

    Elizabeth Pisani kompliet, “Aħna sodisfatti li l-estensjoni tal-kampanja BOV Piggy Bank qed issir matul il-programm ta’ Skolasajf. Dan is-sajf, hemm aktar minn sittin ċentru madwar Malta u Għawdex li qed joffru dan il-programm. L-għan ewlieni tagħna huwa li nipprovdu esperjenza ta’ edukazzjoni informali li tgħin lill-istudenti jiżviluppaw b’mod ħolistiku filwaqt li noffrulhom ħin ta’ rikreazzjoni. Nemmnu li l-parteċipazzjoni tagħhom b’mod attiv biex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund torbot bi sħiħ mal-għan tal-programm Skolasajf.”

    Filwaqt li daret maċ-Ċentru ta’ Skolasajf fis-Siġġiewi, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet il-gratitudni tagħha lejn it-tfal u min qed jieħu ħsiebhom matul din l-inizjattiva. Waqt li kellmet lit-tfal, hija qalet, “Il-ġest żgħir tagħkom għandu numru ta’ effetti. Juri li kull wieħed u waħda minna jgħożż il-valur veru tal-altruwiżmu u xi tfisser li tagħmel parti minn komunità. Wara kollox, dan huwa dak li hi l-Malta Community Chest Fund – kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu f’dan il-fond sabiex dejjem inkunu f’pożizzjoni li ngħinu lill-poplu Malti u Għawdxi meta jkun hemm bżonn.”

    Bank of Valletta huwa involut b’mod attiv fl-Istrina. Minbarra l-kampanja BOV Piggy Bank, il-Bank jagħti s-sapport tiegħu lil inizjattivi oħra fosthom ir-Rockestra, Paqpaqli għall-Istrina, il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu u Tisjir mill-Qalb.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook