“Ma nistax nifhem kif minn hawn tafu x'qed jiġri fil-Libja” - Musrati

  • Jan 28, 2015 12:38
  • Miktub minn

    Hussin Musrati, ix-Chargè d'Affaires Libjan li f'Malta jirrappreżenta lill-Gvern ta' Tripli, qal li ma jistax jifhem kif il-mezzi tax-xandir lokali qalu li fil-Libja hemm it-terroristi tal-ISIS. “Ma nistax nifhem kif għandkom għajnejn tajbin biżżejjed biex minn hawn taraw x'qed jiġri fil-Libja. Nistedinkom tmorru l-Libja u taraw x'qed jiġri minn fuq il-post,” qal Musrati fl-istess waqt li stqarr li t-terroristi tista' ssibhom kullimkien.

    F'konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin ilu biex jitkellem dwar is-sitwazzjoni kurrenti fil-Libja, Musrati ħeġġeġ lill-Gvern Malti biex ilaqqa' l-Gvern ta' Tripli u l-Gvern ta' Tobruk flimkien. Huwa sostna li l-Gvern ta' Tripli lest jilqa' kull sforz li jsir mill-Gvern Malti f'dan ir-rigward.

    Musrati kkundanna l-attakk tal-bieraħ fuq il-lukanda Corinthia ta' Tripli u qal li għalkemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, dawk li wettqu l-attakk jistgħu jkunu nies li jappoġġjaw lill-Ġeneral Ħaftar li jinsab Bengażi jew inkella nies li kienu jappoġġjaw lil Muammar Gaddafi.

    Mistoqsi minn inewsmalta.com jekk kienx hemm xi kuntatt min-naħa tal-Gvern Malti mal-ambaxxata f'Malta tal-Gvern ta' Tripli wara l-attakk, Musrati qal li ma sema' xejn mingħand il-Gvern Malti, għalkemm jixtieq li sar kuntatt.

    Ritratt: Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Jan 28, 2015

    Mela hasibna rufjani tieghu dan jew? Ghax ma jmurx hemm huwa u jlaqqa lil min ix xjafek irid!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 28, 2015

    Sur Hussin Musrati il-Prim Minis

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 28, 2015

    Il-Gemel biex jimxi fid-dezert ghandu speci ta nuccali biex jibqa jara izda jekk meta l istess gemel ma kunx irid jimxi tista taghmillu li iried..................

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 28, 2015

    Mistoqsija lil PM Muscat. Qed ixxommu l-kafe issa? Nispera li iva ghax jien u hafna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 28, 2015

    Mela dal bahbuh ma jaqrax gazzetti u jisma ahbarijiet.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 28, 2015

    Kemm nixtiequ li jieqaf lindhiel barrani gol-Libya ghax dik il-problema li qieghed ibati il-poplu libyan, kulhadd mohhu biex jahtaf, zmien gaddafi spicca.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 31, 2015

    Jekk tahseb li għajnejna mhumiex tajbin biżżejjed biex minn hawn naraw x'qed jiġri fil-Libja mela inti la ghandek ghajnejn, la widnejn u lanqas mohh... forsi tbellahha li min qied barra mil Libya imma mhux lilna....

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 31, 2015

    Ha nwahlu f' lindhiel barrani gol-Libya ? ma ghadniex inwahhlu f'Muammar jew f'dawk li jappogjaw lil Muammar issa ? issa Libyani joqtlu Libyani hawn....L'inkwiet bejnitkhom qied.

    Irrispondi