Jitwaqqfu għaxar fora mill-PN, minkejja l-kritika m’hemmx kumitat speċifiku għall-enerġija

  • Ott 11, 2014 13:49
  • Miktub minn

    Illum il-Partit Nazzjonalista nieda għaxar fora politiċi, li se jkunu qed jitrattaw oqsma differenti, bl-għan aħħari li jikkreaw policies li jsiru l-bażi tal-programm elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Minkejja li reġa' kkritika lill-gvern għal dak li issejjaħ ‘falliment’ fil-qasam tal-enerġija, m’hemm l-ebda kumitat speċifiku għal dan il-qasam.

    Dawn l-għaxar kumitati se jkunu mmexija minn professjonisti fil-qasam, l-għaxar kumitati huma; l-ekonomija u x-xogħol (Ivan Bartolo),, edukazzjoni (Valerie Sollars),, saħħa (Maria Cassar),, tiġdid soċjali (Albert Bell),, ambjent u agrikoltura (Maria Attard),, affarijiet ewropej u barranin (Vicki Ann Cremona),, ġustizzja u intern (Joe Giglio),, kultura u kreattività (David Felice), u Għawdex (Rita Mifsud),. Therese Comodini Cachia se tkun qed tmexxi kumitat dwar il-viżjoni fit-tul. Meta inewsmalta.com ġibed l-attenzjoni li m’hemmx kumitat speċifiku għall-enerġija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, spjega kif l-enerġija se taqa' mal-kumitat tal-ambjent.

    Il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Anne Fenech, qalet li permezz ta’ din il-policy fora ġie immarkat iżjed tigdid għall-PN.

    Simon Busuttil qal li l-PN dejjem kien magħruf għall-policies b’saħħithom u permezz ta’ din il-fora se jkompli jtejjeb din ir-reputazzjoni. Din il-fora se taġġorna l-politika tal-partit u se jinvolvu proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku.

    Hu reġa' saħaq ukoll li l-Gvern għandu jwieġeb minn fejn se jiffinanzja r-roħs tad-dawl u l-ilma hekk kif il-power station baqgħet ma nbnitx fiż-żmien stabbilit. Mistoqsi jekk meta jħares lura jaħsibx li anke l-PN falla fil-qasam tal-enerġija huwa stqarr li l-partit ħallas ta’ dan u qiegħed issa jħares lejn il-futur. Hu mhux bniedem tal-paroli iżda tal-fatti, saħaq Busuttil.

    Mistoqsi minn inewsmalta.com min għandu jerfa’ r-responsabiltà għall-miri li ma ntlaħqux fil-qasam tal-enerġija u l-power station taħt it-tmexxija preċedenti hu għażel li ma jweġibx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 20

  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Simon tal-HonKong kull x'hin jiftah halqu jmur gas dawn ghal gol hajt tal-KONKRIT. Oppzizzjoni Zero

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Prova cara li dan Simon ma' ghandux fiducja f'dawk li suppost huma Shadow Ministers. Ghal darba ghandu ragun ghax kollha inkompitenti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Minflok par idejn sodi, issa spiccaw b'ghaxar forcini....daqshekk jinsab distabillizzat il-PN taht Simon.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Sur gurnalista li ktibt din l-ahbar, mar tarax li tkun qed tkun vojta meta issaqqsi minn ser jerfa r-responsabbilita li ma intla

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Sur editur tal iNEWS.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Xmun issa int qieghed fl oppozizzjoni u x ser jaghmel il

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Is

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Darba l-PN kellu wkoll Strategy Group li ma tantx impressjona.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Valerie Solars?? Dik li ghamlet froga mill-fakulta' tal-edukazzjoni? Vicky Cremona?? Fruit cake ohra hehehehehe....ara veru m'ghandux biex jarma xmun....u leeeee!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Simon Busuttil qal li l-PN dejjem kien magħruf għall-policies b’saħħithom u permezz ta’ din il-fora se jkompli jtejjeb din ir-reputazzjoni.' Nawguraw li dawn ilpolicies ma jkunux bhal ma kienu sa issa. Stimi jaqbzu anke

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Bla bla bla and nothing ever transpired. The repetition of years of bull shit.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    "Simon Busuttil qal li l-PN dejjem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Tista' Dekana ta Fakulta` (Solars), u Direttrici ta' Institute (Maria At

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Il fora Ta ghawdex tista tghidilna ghaliex inqalghu s sigar fil pjazza tan nadur. Intaghzelet ghax kienet tahdem ghas simple. Simon?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Ohhhh PeNe x'tlellix ! Fora, paroli, duhhan,...stagbu u gibu lil min jistageb !!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Taghhom jistghu: taghna le? Tiftakru lil Mintoff Wenza-illum Imhallef rett u gust -kellu itallghhom il-Qorti -ghax qalu li mhux sewwa li ikun editu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    Jista' xi hadd mill-hafna gurnalisti jsaqsi jekk Maria Attard kienetx konsulenta tal-Ministru Austin Gatt? U jekk kinitx parti mill-vroma tal-Arriva!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2014

    Tistghu taghmlu mija ghalija. Vot iehor minghandi ma tiehdux kemm indum haj. Fejn kontu se tibqghu ghax intom jinteressakom biss li tkissru lil min jopponikom, akkost ta' kollox. Duqu mill-istess issa, ja nies foloz.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2014

    Fora tal-boxing messu ghamel Xmun. Ma ghandux probelma li min jaghmel cermen

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2014

    EFA kien jghid li l-PN ghandu bzonn ipoggi widnejh mal-art. Dan issa fl-ahhar sar ghax il-PN ghan

    Irrispondi
  •  

Riċetti

Facebook