Paulo Dybala f’dikussjonijiet kuntrattwali ma’ Juventus

L-aġent ta’ Paulo Dybala, Jorge Antun, se jkun Turin fl-aħħar tax-xahar biex jiddiskuti l-estensjoni tal-kuntratt tal-attakkant.

Dybala se jkun qed jara l-kuntratt tiegħu ta’ €7.5m fis-sena jiskadi f’Ġunju 2022 u l-Bianconeri lesti joffrulu salarju ogħla biex jikkonvinċih jibqa’ fil-club.

Dybala diġà rrifjuta offerta ta’ €10m fis-sena, sena ilu, iżda huwa lest li jaċċetta offerta simili din id-darba.

Il-Bianconeri se jagħmlu proposta simili sal-aħħar tax-xahar, meta l-aġent tal-player Jorge Antun se jtir Turin biex jiltaqa’ mad-diriġenti.

Dybala qatta’ żmien konsiderevoli f’taħdidiet kuntrattawali matul l-istaġun iżda huwa rritorna f’Turin fil-forma u Massimiliano Allegri huwa lest li jagħtih post regolari fl-Allianz Stadium fl-istaġun 2021-22.

Juventus huma kunfidenti li jista’ jintlaħaq ftehim sabiex Dybala jkun jista’ jtawwal l-esperjenza tiegħu fil-club lil hinn minn Ġunju 2022.

L-Arġentin ġie marbut ma’ ċaqliq lejn Barcelona fi ftehim ta’ tpartit ma’ Antoine Griezmann, iżda ż-żewġ clubs mhumiex f’taħdidiet biex jiskambjaw liż-żewġ players.

Dybala ngħaqad ma’ Juventus f’kuntratt ta’ €40m mingħand Palermo fl-2015 u skorja 100 goal f’253 dehra mal-Bianconeri.

Share With: