Għarar fiċ-Ċina: 12 mejta u eluf evakwati minn djarhom

Ritratt: GETTY IMAGES

Minn tal-inqas 12-il persuna mietu u aktar minn 100,000 kellhom jiġu evakwati minn djarhom wara għarar kbir li ħakem iċ-ċentru taċ-Ċina u li kien ikkawżat minn ammont ta’ xita rekord.

Rapporti qalu li numru ta’ bliet fil-provinċja ta’ Henan, inkluża l-kapitali tagħha Zhengżhou, kienu affettwati. Filmati li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew lin-nies iħarsu lejn livelli għoljin ta’ ilma fit-toroq u anke fl-istazzjonijiet tal-ferrovija. 

Il-President Xi Jingping sostna li “s-sitwazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-għarar kienet severa ħafna” u anke “fi stadju kritiku.” Huwa żied jgħid li l-għarar diġà wasslu għal “telf sinjifikanti ta’ ħajjiet u ħsara fil-proprjetajiet”.

Il-provinċja ta’ Henan, li fiha jgħixu mal-94 miljun persuna, ħarġet l-ogħla livell ta’ twissija tat-temp. L-awtoritajiet tal-pajjiż sejħu l-għarar bħala avveniment li jseħħ “darba kull 100 sena”.

Share With: