Chelsea jfittxu li jakkwistaw lil Marcus Bettinelli bħala l-goalkeeper tat-tielet għażla

Chelsea qed ifittxu li jakkwistaw lil Marcus Bettinelli bħala l-goalkeeper tat-tielet għażla għall-istaġun li ġej.

Il-Blues għandhom bżonn iktar għażliet bejn il-lasti hekk kif reċentement Willy Caballero u Jamal Blackman ħallew il-club wara l-iskadenza tal-kuntratti tagħhom.

Dan iħalli lil Edouard Mendy u Kepa Arrizabalaga bħala l-uniċi żewġ goalkeepers rikonoxxuti għal Thomas Tuchel minn fejn jagħżel għall-istaġun li ġej.

Madankollu, huwa mifhum li Chelsea dalwaqt se jkunu qed jakkwistaw goalkeeper ġdid, bil-goalkeepr ex Fulham Bettinelli mistenni jingħaqad magħhom bi free transfer.

Bettinelli qatta’ l-istaġun li għadda b’self ma’ Middlesbrough fiċ-Championship u lagħab seba’ partiti fil-Premier League ma’ Fulham fl-istaġun 2018-19.

Share With: