Tottenham Hotspur interessati fis-servizzi ta’ Marcus Thuram

Tottenham Hotspur huma interessati li jiksbu ftehim għall-winger ta’ Borussia Monchengladbach, Marcus Thuram.

Il-ġerarkija ta’ Spurs bħalissa għaddejja bil-proċess li taħtar manager ġdid bl-ex manager ta’ Roma Paulo Fonseca jidher favorit biex jieħu post Jose Mourinho.

Madankollu, Spurs, qed jipprovaw jiffirmaw lill-attakkant Franċiż Thuram.

Minkejja l-istaġun diżappuntanti ta’ Monchengladbach, iż-żagħżugħ ta’ 23 sena xorta rnexxielu jiskorja 10 goals u jipprovdi erba’ assists fil-Bundesliga u ċ-Champions League.

Filwaqt li ma ġietx issuġġerita somma, Spurs jista’ jkollhom iħallsu aktar minn £30 miljun biex jassiguraw il-firma ta’ dan il-player.

Thuram, li jista’ jiġi utilizzat bħala alternattiva għal Son Heung-min u Harry Kane, fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu ma’ Monchengladbach.

Share With: