Tottenham Hotspur f’taħditiet avvanzati biex jaħtru lil Paulo Fonseca bħala s-suċċessur ta’ Jose Mourinho

Tottenham Hotspur jinsabu f’taħditiet avvanzati biex jaħtru lil Paulo Fonseca bħala s-suċċessur ta’ Jose Mourinho.

Spurs tħabtu biex jissostitwixxu lill-manager Portugiż fuq bażi full-time wara li l-aqwa miri tagħhom irrifjutaw il-passi lejn it-tramuntana ta’ Londra.

Iċ-chairman tal-club Daniel Levy kien qed jittama li jakkwista lil Mauricio Pochettino – li ggwidahom għall-finali taċ-Champions League – iżda l-manager Arġentin minflok iddeċieda li jibqa’ ma’ Paris Saint-Germain.

Antonio Conte, l-ex manager ta’ Chelsea, kien il-mira li jmiss tagħhom wara li telaq minn ma’ Inter iżda ma setax jaqbel mat-termini personali.

Brendan Rodgers kien ikkunsidrat ukoll iżda huwa għażel li jibqa’ ma’ Leicester City, li spiċċaw qabel ma’ Spurs fil-Premier League fl-istaġun li għadda.

U issa, bil-barka tad-direttur ġdid tal-football Fabio Paratici, Levy huwa mistenni li jimpjega lil Fonseca.

Wara taħdidiet pożittivi, Fonseca huwa miftuħ li jieħu l-kariga u Spurs se jieħdu deċiżjoni finali jekk jaħtruhx fis-sigħat li ġejjin.

Share With: