Taljana tqum minn koma wara 10 xhur… l-ewwel kelma tagħha “Mamma”

Għaxar xhur ta’ silenzju nkiser b’kelma waħda: “Mamma”. Kienet din il-kelma li nislet Cristina Rosi, mara ta’ 37 sena, ftit mumenti wara li qamet mill-koma li kienet tinsab fiha għal għaxar xhur.

Hija kellha seba’ xhur tqala meta f’Lulju tas-sena li għaddiet sofriet attakk tal-qalb.

Il-koppja kienet qed tistenna bil-ħerqa t-twelid ta’ binthom, iżda kellha titwieled proprju b’ċesarja ta’ emerġenza biex isalvawlha ħajjitha.

Il-ħin mingħajr ossiġenu kkawża ħsara newroloġika severa kemm lill-omm u l-bintha li spiċċaw qatt ma ltaqgħu qabel peress li t-tnejn li huma kellhom jibdew vjaġġ ta’ terapiji u visti l-isptar.

Ir-raġel tagħha, Gabriele Succi ta’ 42 sena, qal li ma kienx qed jistenna aħbar sabiħa bħal din wara tant sofferenza. Sostna li anke t-tobba fil-kamra kkonfermaw li martu kienet qalet l-ewwel kelma tagħha.

Grazzi għal ġbir ta’ fondi, il-mara ddaħħlet fi klinika speċjalizzata fl-Awstrija, fejn qed tagħmel l-ewwel progress. Il-ġbir ta’ fondi jkompli, minħabba li l-proċess ta’ trattament għadu twil ħafna u għali: €104,000 kull tliet xhur.

Share With: