Skambju bejn Giovanni Simeone u Maya Yoshida għal Sampdoria?

Sampdoria jinsabu f’taħditiet ma’ Cagliari għal Giovanni Simeone, u qed jipproponu lil Maya Yoshida u Jakub Jankto bi skambju.

Dan ikun ritorn mal-club mis-Sardenja għal Cholito, li kellu esperjenza pożittiva proprju mar-rivali ta’ Sampdoria, Genoa, iżda tħabat biex isib il-forma kemm ma’ Fiorentina u anke ma’ Cagliari.

L-attakkant, li jagħlaq 26 sena ix-xahar id-dieħel, qed ikun suġġett ta’ negozjati bejn Cagliari u Sampdoria.

Il-proposta tinkludi lil Yoshida u Jankto bħala parti minn skambju.

Madankollu, matul l-aħħar jiem kien hemm rapporti li jissuġġerixxu li Simeone kien lest li jipprova esperjenza differenti wara ħames snin fis-Serie A.

Huwa sab ix-xibka sitt darbiet fi 33 dehra fis-Serie A f’dan l-istaġun, b’Cagliari jevitaw ir-relegazzjoni bi sbrixx.

Missieru huwa l-coach ta’ Atletico Madrid Diego Simeone, iżda huma qalu li mhux se jaħdmu flimkien, minħabba li dan jista’ joħloq skumditá ma’ sħabu.

Share With: