Sewwieq tal-mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku l-Imġarr

Raġel ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Triumph, misjuq mill-vittma, u vettura Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Imġarr.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1.00p.m. fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhoom għaddejjin.

Share With: