Robotica – Korsijiet b’xejn għal tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena

Il-Kandidat Laburista fuq l-1 u t-3 distrett Ray Abela qed jorganizza korsijiet tar-Robotica fiċ-ċentri tal-Partit Laburista. Dawn il-korsijiet b’xejn se jsiru minn ġewwa ċ-ċentri tal-PL fit-tielet distrett: Ħal Għaxaq, Marsaskala, Marsaxlokk u Żejtun.

Il-korsijiet huma għal tfal ta’ bejn il-5 u 11-il sena u se jkunu maqsuma skont l-etajiet f’żewġ gruppi. Grupp minnhom se jkun għal tfal ta’ bejn 5 u 8 snin u l-grupp l-ieħor se jkun għal tfal bejn 9 u 11-il sena.

Dan huwa kors prattiku ta’ ħames ġimgħat u se jibda fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju.

Waqt il-kors l-istudenti se jużaw bundles ta’ robots immirati għall-etajiet imsemmija.

Għal bookings jew iktar inifooromazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 27333408 jew 79519061.

Share With: