Raġel l-Isptar wara inċident tat-traffiku fil-Gżira

Ritratti: Roger Azzopardi

Raġel sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Iveco misjuqa minn Taljan ta’ 46 sena residenti l-Gżira u mutur Kymco misjuq minn Taljan ta’ 30 sena residenti l-Mosta.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tar-raġel midrub għadha mhijiex magħrufa. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Share With: