Raġel jitressaq il-Qorti mixli b’serq

Raġel ta’ 31 sena li jgħix ix-Xagħra, Għawdex, ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

Huwa tressaq illum fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech. Huwa ġie akkużat li nhar is-26 ta’ Jannar 2020, fi Triq iż-Żebbuġ, l-Għasri, Għawdex, seraq ammont ta’ għodda ta’ kostruzzjoni u tyres li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro. 

Hu ġie akkużat ukoll li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti, fost oħrajn.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Share With: