Raġel bl-Alzheimer jerġa’ jipproponi lill-mara għax nesa li kienu miżżewġin

Minn Maria Azzopardi

Koppja Amerikana żżewġet għal darbtejn wara li r-raġel nesa’ li kien miżżewweġ mal-mara tiegħu.

L-istorja emozzjonanti ta’ Peter Marshall, raġel ta’ 56 sena, turi biċċa mir-realtà li jistgħu jgħaddu minnha persuni morda bl-Alzheimer. Marshall tilef ħafna mill-memorja tiegħu, iżda minkejja li l-kundizzjoni tiegħu sejra għall-agħar, martu Lisa ma telqet qatt minn ħdejh.

Lisa qalet li huwa jinsa regolarment li hija martu, imma madanakollu ma jinsix li hija dik il-persuna li jħobb isejjaħ bħala l-favorita tiegħu filwaqt li jżied jgħid li hemm konnessjoni bejniethom.

Riċentament, ir-raġel iddeċieda li ried lil Lisa bħala l-mara tiegħu, wara li nesa li huma diġà miżżewġin. Għalhekk, niżel fuq irkoppa waħda u staqsa l-famuża mistoqsija li għaliha martu qalet iva mill-ġdid.

Waqt li kienet qed tirrakkonta l-istorja lill-midja internazzjonali, Lisa qalet kif darba minnhom it-tnejn li huma kienu qed jaraw it-televiżjoni meta ġiet xena ta’ tieġ. Hekk kif ra din ix-xena, ir-raġel minnufih ipponta lejn it-televizjoni u qal: “Ejja nagħmluha”.

Martu staqsietu, “x’nagħmlu?” u hu reġa’ pponta lejn it-televiżjoni. Għalhekk staqsietu jekk riedx li jiżżewġu, u bi tbissima kbira fuq wiċċu qalilha iva.

“Ma jifitakarx li jien martu. Għalih jien il-persuna favorita tiegħu. Jien l-iktar tfajla fortunata fid-dinja għax erġajt iżżewiġtu għal darbtejn. Ma stajtx noħlom għal ġurnata aħjar. Qatt ma niftakar li rajtu daqshekk ferħan,” qalet Lisa.

Share With: