Premier Ingliż 2021-22: Tottenham jospitaw liċ-champions Man City fil-partita tal-ftuħ tal-istaġun …..

Tottenham se jospitaw liċ-champions Man City fil-partita tal-ftuħ tal-istaġun il-ġdid tal-Premier League, filwaqt li l-manager ta’ Chelsea Thomas Tuchel qed jiffaċċja bidu diffiċli għall-ewwel staġun sħiħ tiegħu inkarigat mit-tmexxija ta’ Chelsea, b’partiti kontra t-tliet rivali fi ħdan il-‘Big Six’ fl-ewwel ħames logħbiet.

Fl-ewwel round enormi li se jkun qed jintlagħab f’nofs Awwissu, il-partita bejn City u Spurs hija l-aktar waħda li tispikka – u l-partita tista’ saħansitra tara lil Harry Kane jaffaċċja lil Spurs fl-ewwel logħba tiegħu għal City jekk huwa jagħżel li jingħaqad mal-Blues.

Intant, f’partiti oħra, Manchester United jospitaw lil Leeds, Liverpool jivvjaġġaw lejn Norwich li għadhom kemm ġew promossi u Chelsea jospitaw lil Crystal Palace.

Imma mhix il-logħba tal-ftuħ li Tuchel se jkun l-iktar imħasseb dwarha, iżda dawk sussegwenti b’partiti kontra Arsenal, Liverpool u Tottenham fl-ewwel ħames logħbiet tal-istaġun, qabel ma l-Blues jospitaw lis-champions Man City fis-sitt logħba tagħhom.

Sadanittant huwa bidu ferm aktar faċli għal Manchester United, b’Leeds, Southampton, Wolves, Newcastle, West Ham, Aston Villa u Everton ikunu l-avversarji tagħhom qabel l-ewwel waqfa internazzjonali tal-istaġun.

Fil-fatt, il-club immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer ma jiffaċċjax rivali mill-‘Big Six’ sas-16 ta’ Ottubru meta jivvjaġġa lejn Leicester, qabel ma jospita lil Liverpool fil-weekend ta’ wara.

Fl-aħħar ġurnata tal-istaġun, Chelsea, Leicester, Liverpool u Manchester City kollha se jkunu qed jilagħbu ġewwa darhom, u jaffrontaw lil Watford, Southampton, Wolves u Aston Villa rispettivament.

Intant, in-neo-promossi, Norwich City jilqgħu lil Liverpool ta’ Jurgen Klopp f’Carrow Road, fejn se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-ewwel rebħa fuq il-ġganti ta’ Merseyside sa minn April 1994.

Fixtures – L-Ewwel Ġurnata

Is-Sibt, 14 ta’ Awwissu 2021

Brentford v Arsenal

Burnley v Brighton

Chelsea v Crystal Palace

Everton v Southampton

Leicester v Wolves

Man Utd v Leeds

Newcastle v West Ham

Norwich v Liverpool

Tottenham v Man City

Watford v Aston Villa

Share With: