Patri kien iħajjar student imur għal Yoga u mbagħad abbuża sesswalment minnu

Il-kulleġġ ta’ Fort Augustus Abbey li jinsab fil-Highlands jinsab fl-aħbarijiet u dan hekk kif ħarġu dettalji xokkanti ta’ abbuż sesswali minn Patri Benedittin.

Il-każ li seħħ f’Edinburgh jirrigwarda lil Denis Alexander li għandu 85 sena. Hu ammetta li kien abbuża minn tfal f’dan il-kulleġġ u dan meta hu kien jgħallem l-istorja f’dan il-kulleġġ li min kien jattendi fih  kien iħallas miżata. Il-każi seħħ fis-snin sebgħin.  Fil-Qorti issemma kif il-patri kien jabbuża mill-vittmi tiegħu waqt sessjoni ta’ Yoga. 

Il-patri meta għaddew xi ftit snin kien telaq mill-Iskozja u mar jgħix f’Sydney l-Awstralja.  Ġara iżda li kien sa dokumentarju imsejjaħ ‘Sins of Our Father’, liema dokumentarju ixxandar fis-sena 2013.  Kien hawn li l-vittmi ta’ Alexander raw id-doikumentarju u wara xi żmien għamlu l-kuraġġ u infurmaw lill-Pulizija. Dawn bdew jinvestihaw u fil-fatt talbu għal estradizzjoni tiegħu. 

Fr Alexander beda jiġġieled it-talba għall-estradizzjoni li jintbagħat lura lejn Sydney.  Wara battalja li damet tlett snin finalemnt hu intbagħat lura lejn l-Iskozja biex jibda proċeduri hemm. 

Hu wieġeb mhux ħati li abbuż sesswali.  Il-prosekuzzjoni għamlitha ċara li dak li hu akkużat bih Fr Alexander hu biss parti żgħira mill-abbużi li twettaq f’dan il-kulleġġ li kien għalaq il-bibien fis-sena 1993. 

Il-prosekuzzjoni qalet li “dak li għandna quddiemna hu biss parti żgħira minn dak li jidher li kienet sistema wiesa ta’ abbuż sistematika fuq tfal fil-Fort Augustus Abbey.”

Dan il-kulleġġ kienet saret investigazzjoni fuqu dwar abbużi fuq  tfal bejn Lulju u Ottubru tas-sena 2019, fejn wara l-kongregazzoni  Benedittina fir-Renju Unit aċċettat li seħħew l-abbużi. Filfatt kienet anke saret apoloġija. 

Fr Alexander li llum jinsab f’siġġu tar-roti, għal ħafna ħin fil-Qorti qagħad b’rasu baxxuta. Hu għandu problema ta’ smiegħ, bl-avukat jinfurmaw biex jgħidlu hux isegwi sew il-proċeduri. 

Il-patri fil-kulleġġ kien magħruf bħala Fr Chrysotum, u apparti l-istorja kien jgħallem ukoll il-bagpipes.  Wieħed mill-vittmi tiegħu llum għandu 60 sena u hu kien abbużat meta kellu madwar 13-il sena.  Lil dan il-vittmi, Fr Alexander kien iseħħajlu fl-uffiċċju tiegħu u hemm kien jordnalu joqgħod bilqiegħda u jabbużah.  Dan it-tifel qatt ma kien tkellem ma’ ħadd dwar dan li ġara u ddeċieda li jitkellem wara li ra id-dokumentarju. 

Vittma ieħor ta’ Fr Alexander għandu 58 sena.  Dan kien abbużat meta kien jagħmel il-Yoga fil-monasteru.  Filfatt dan kien isib ruħu waħdu ma’ Fr Alexander waqt il-Yoga, u kien hawn li kien spiċċa abbużat. 

Share With: