Muja l-kukkudrill jagħlaq 85 sena

L-akbar tal-ispeċi tiegħu, fid-dinja

minn Anthea Cachia

Muja, kukkudril f’Belgrade huwa wieħed mill-ixjeħ kukkudrilli fid-dinja bl-età ta’ 85 sena. Huwa irnexxielu jsalva tliet bumbardamenti fl-1941 u fl-1944, fit-Tieni Gwerra Dinjija u fl-1999, fil-bumbardamenti tan-NATO tal-Yugoslavia. Ġeneralment it-tul ta’ ħajja ta’ kukkudrill ivarja bejn 30 u 50 sena. 

Fl-2012, Muja kien qiegħed bejn ħajja u mewt hekk kif kellu kankrena f’saqajh. F’operazzjoni ta’ 48 siegħa, l-unika mod biex isalvawh kien li jamputawlu saqajh. 

Madankollu, Muja sar popolari fid-dinja tal-midja soċjali hekk kif diversi nies isegwuh fuq TikTok, tant li filmati tiegħu rawh aktar minn 100,000 persuna. 

Share With: