Mil-lum dawk bejn it-12 u l-15-il sena bdew jirċievu l-istedina biex jitlaqqmu kontra l-COVID-19

Mil-lum jibdew jirċievu l-istedina biex jitlaqqmu dawk bejn it-12 u l-15-il sena. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne hekk kif qal li dawk l-adoloxxenti kollha ta’ din l-età u li jirrisjedu f’Malta u f’Għawdex se jkunu qed jibdew l-proċess tagħhom fil-programm tat-tilqim.

Il-kampanja nazzjonali tal-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19 baqgħet għaddejja b’rittmu tajjeb ħafna hekk kif pajjiżna fl-aħħar sigħat laħaq mira oħra importanti.

Dan hekk kif, id-Deputat Prim Minisitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li 300,000 persuna li huma ekwivalenti għal 68%, adult Malti u Għawdxi ħadu t-tilqima kollha kontra l-Covid-19. Fl-istess waqt, 81% ħadu mill-inqas l-ewwel doża.

Kull min jixtieq jirreġistra biex jieħu t-tilqima kontra l-Covid-19 jista’ jagħmel dan billi jidħol fis-sit vaccin.gov.mt

Share With: