Maurizio Sarri jrid lil Ruben Loftus-Cheek

Maurizio Sarri jrid li Lazio jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Chelsea, Ruben Loftus-Cheek, b’self.

It-tħabbira li Sarri jieħu t-tmexxija fi Stadio Olimpico hija mistennija fil-jiem li ġejjin u l-attenzjoni diġà qed iddur fuq l-istrateġija tat-trasferiment tiegħu.

Jidher li wieħed mill-ewwel ismijiet fil-lista ta’ Sarri huwa l-midfielder ta’ Chelsea Loftus-Cheek.

Huwa għadu kemm temm perjodu ta’ self ma’ Fulham u ma jidhirx li se jkun utilizzat b’mod regolari fi Stamford Bridge fl-istaġun li ġej ukoll.

Loftus-Cheek għad għandu biss 25 sena, iżda kellu l-aħjar staġun tiegħu ma’ Chelsea taħt il-gwida ta’ Sarri, fejn skorja 10 goals u pprovda ħames assists f’40 logħba kompetittiva.

L-internazzjonali Ingliż għalhekk ikun ħerqan li jerġa’ jingħaqad mal-coach tiegħu wara li diġá kienu ħadmu flimkien fl-istaġun 2018-19.

Share With: