Manchester United jagħmlu offerta ta’ €69.5m għal Jadon Sancho … iżda dan mhux biżżejjed għal Dortmund

Manchester United fl-aħħar għamlu l-pass tagħhom biex jiffirmaw lil Jadon Sancho, peress li waħda mill-akbar sagas tat-trasferimenti tal-footba;l li ilha għaddejja tidher li għal darb’oħra mhxu se tintemm hawn.

United ilhom isegwu lill-istilla Ingliża mis-sajf li għadda, għalkemm ma setgħux jaqblu mat-talbiet għoljin ta’ Borussia Dortmund ta’ £108 miljun u raw l-opportunità tgħaddi.

Issa, United għamlu offerta ta’ €69.5m lil Dortmund u huwa rrappurtat li dan mhux se jkun biżżejjed biex jissodisfa lill-ġganti tal-Bundesliga, li jemmnu li jistgħu jiġbdu ħlas ogħla għaż-żagħżugħ.

Dortmund huma mifhuma li jridu somma ta’ €90m flimkien ma’ żidiet sabiex jaqblu mat-tluq ta’ Sancho.

Id-diriġenti ta’ Dortmund huma konxji li jinsabu f’pożizzjoni ta’ negozjar ideali, peress li jafu li United ma jistgħux jaffordjaw iktar imbarazzament ta’ trasferimenti wara l-ġimgħat ta’ inċertezza fin-nuqqas li jiksbu l-ftehim fis-sajf li għadda.

Bl-istess mod, huma jistennew li Sancho jsir wieħed mill-ismijiet ewlenin fil-Kampjonat Ewropew, u b’hekk iqajjem interess fis-servizzi tiegħu u l-prezz tiegħu bħala riżultat.

Ir-rebbieħa taċ-Champions League Chelsea jingħad ukoll li huma interessati ħafna f’Sancho, li trabba fin-nofsinhar ta’ Londra jappoġġja lill-Blues.

Share With: