Liverpool jagħmlu offerta inizjali ta’ £26 miljun għall-midfielder ta’ Roma, Lorenzo Pellegrini

Liverpool għamlu offerta inizjali ta’ £26 miljun għall-midfielder ta’ Roma, Lorenzo Pellegrini, hekk kif qed ifittxu sostitut għal Georginio Wijnaldum.

L-internazzjonali Taljan ġie individwat minn Jurgen Klopp bħala ideali f’nofs il-ground minħabba l-abbiltà kreattiva tiegħu.

Pellegrini skorja 11-il goal u pprovda disa’ oħra għal Roma fil-kompetizzjonijiet kollha fl-istaġun li għadda, inkluż goal u żewġ assists fit-telfa tas-semi-finali tal-Europa League kontra Manchester United.

Meta fadallu sena fil-kuntratt tiegħu, ġie ssuġġerit li Roma jistgħu jiġu mġiegħla jbigħu lill-player ta’ 24 sena dan is-sajf.

Liverpool huma l-ewwel team li jittestjaw ir-riżoluzzjoni tal-Giallorossi b’offerta rispettabbli.

Madankollu, il-club mis-Serie A, li issa jinsab taħt it-tmexxija ta’ Jose Mourinho, mistennija jitolbu offerta akbar.

Share With: