L-isbaħ fjura: Kanzunetta b’messaġġ ta’ wens lil dawk li tilfu lil missierhom

Il-kantanta Charlene Rae, imwielda fi New York iżda residenti f’Għajnsielem, għamlet id-debutt tagħha b’kanzunetta bl-isem ta’ ‘L-isbaħ Fjura’.

Din hija kanzunetta b’messaġġ personali iżda li l-messaġġ tagħha japplika għal kulħadd u waslet proprju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.

Charlene Rae, flimkien mat-tim tagħha ħasbu li l-messaġġ ta’ din il-kanzunetta jista’ joffri wens lil dawk li tilfu lill-għażiż missierhom.

Fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħha, Charlene qalet: “Il-messaġġ tagħha huwa personali għalija, iżda japplika għal kulħadd. Din hija dedikazzjoni għal missieri, bniedem li għalkemm ħalla ħafna swied il-qalb, tani ħafna kuraġġ tul ħajti “

Il-kanzunetta fuq ġeneru pop/rock għanda kompożizzjoni ta’ Glen Vella, lirika ta’ Emily Calleja Bajliss u produzzjoni ta’ Matteo Depares.

Il-kanzunetta L-Isbaħ Fjura, hija akkumpanjata minn vidjo ta’ lirika, maħdum minn Angie u Duane Laus ta’ Lava Graphics, fejn l-iskop hu li wieħed jifhem aktar r-relazzjoni bejn missier u bint, permezz tal-lirika mirquma bl-aktar mod sentimentali.

Share With: