L-FKNK teħles aktar gamiem fis-selvaġġ minn Għawdex

Numru ta’ tfal mill-Iskola Primarja tas-Sannat ġewwa Għawdex, flimkien mal-Ministri Clint Camilleri u Justyne Caruana, il-Kap tal-Iskola, Pauline Grech u għalliema oħra, ħelsu gamiema kull wieħed mill-frieħ tal-gamiem li tnissel f’guva tal-istess skola.

Il-guva kienet inawgurata fi Frar ta’ din is-sena u hija l-ewwel estenzjoni tal-Proġett “Trobija, Tnissil u Rilaxx fis-Selvaġġ tal-Gamiem” tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), liema Proġett kien tniehda fl-2017 u minn meta inħelsu mijiet ta’ gamiem kull sena. Dan il-Proġett huwa wieħed mid-diversi inizjattivi tal-FKNK bl-iskop li mill-aktar fis possibli jerġa jkun permess it-tradizzjoni soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib tal-gamiem fir-rebbiegħa fil-gżejjer Maltin. Ir-rilaxx ta’ l-fuq minn 350 gamiema li ukoll sar aktar kmien dan ix-xahar, kellu valur miżjud sinifikanti. Dan peress li tmien gamiemiet minn dawk meħlusa ġew magħmra b’ “GPS Satellite Tracking Devices”, li huwa definittivament il-mod modern għal futur għal-monitoraġġ tal-migrazzjoni ta’ l-għasafar billi
jistgħaw jipprovdu l-imġieba u l-movimenti eżatti ta’ l-għasafar; il-veloċità tat-titjira; laltitudni tat-titjira u l-lok; it-temperatura tal-għasfur u l-lok; minbarra informazzjoni utli oħra.

Il-guva ġewwa l-Iskola f’Għawdex kienet sponsorjata mill-Ministru Clint Camilleri, filwaqt li l-istokk tal-gamiem u l-ikel meħtieġ huwa sponsorjat mill-FKNK. L-FKNK beħsieba tara li din il-parti tal-Proġett ġewwa l-Iskola tas-Sannat tkompli tespandi, filwaqt li qegħda tippjana aktar estenzjonijiet simili f’partijiet adekwati oħra tal-gżejjer Malti

Share With: