“L-ewwel Jum il-Missier mingħajrek… ma tgħaddix sekonda li ma naħsibx fik”

Fl-ewwel Jum il-Missier mingħajr missieru, Nicholai Falzon fakkar il-memorja tiegħu u l-pariri siewja li dejjem kien jagħtih.

Iben Renald Falzon qal li ma tgħaddix sekonda li ma jaħsibx f’missieru. “Nibqa’ ngħożż il-pariri li dejjem tajtni u li għadek ittini f’qalbi. Kemm batejt u ma wrejtx, għalija, għal ħuti, għal ommi u għal oħrajn. Imma dejjem għamiltu bi ħsieb u b’imħabba kbira lejna. Awguri Jum il-Missier mill-isbaħ, Missier għażiż,” kiteb Nicholai.

Renald kien mhux biss maħbub minn uliedu, iżda kien persuna ferm apprezzata b’mod speċjali ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Qormi. Is-Sindku tant maħbub kien għamel xi jiem rikoverat l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet f’saħħtu u sfortunatament kien pożittiv bil-Covid-19. Huma ħalla din id-dinja fl-età ta’ 46 sena.

Iżda apparti minn politiku eżemplari u strumentali, kien missier li tassew ħabb lil uliedu u li sawwarhom b’valuri sbieħ, hekk kif jixhed il-messaġġ miktub minn ibnu Nicholai. Renald kien missier li dejjem kien viċin in-nies u li kellu qalbu tad-deheb.

Ix-xahar li għadda kien tħabbar li se jsir ġnien għall-mibki Renald li se jkun f’ta’ Farsina ġewwa Ħal Qormi.

Share With: