“L-Awtorità tad-Djar hi pilastru għall-familji vulnerabbli” – id-Deputat Laburista Oliver Scicluna

Waqt li fil-Parlament saret diskussjoni dwar l-Estimi tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2021, id-Deputat Laburista Oliver Scicluna qal li “din l-awtorità hi waħda mill-pilastri biex tgħin familji vulnerabbli biex jgħixu ħajja dinjituża.  Bniedem ma jistax jgħix ħajja dinjituża jekk ma jistax iserraħ rasu li għandu saqaf fuq rasu. Fid-dar nibnu l-memorji ta’ ħajjitna. Nikbru u nibqgħu niftakruhom. Tajjeb li kulħadd ikollu dan iċ-ċans.”

“Hu dritt fundamentali li xi ħadd ikollu fejn jgħix u saqaf fuq rasu. Iltqajt u għadni niltaqa’ ma’ diversi stejjer dwar l-akkomodazzjoni soċjali. Nisma’ stejjer ta’ nies li jibżgħu li jitilfu l-post tagħhom jew qed isibuha diffiċli biex jikru. Għalhekk il-ħidma tal-awtorità hi importanti”, tenna Oliver Scicluna.

Share With: