Kull coach jieħu gost jaħdem ma’ leġġendi bħal Giorgio Chiellini u Leonardo Bonucci – Fatih Terim

Fatih Terim qal li ‘kull coach jieħu gost jaħdem ma’ leġġendi bħal Giorgio Chiellini u Leonardo Bonucci, ’waqt li kien ikun ta’ pjaċir jaħdem ukoll ma’ Federico Chiesa wara li kien diġà kkowċja lil missieru.

Il-coach Tork tkellem qabel il-Ġimgħa l-Italja tilgħab il-partita inawgurali tal-Euro 2020 kontra t-Turkija.

“Naħseb li Roberto Mancini għamel biċċa xogħol tajba. L-Italja huma sodi u għandhom xi players mill-aqwa. Huma ma tilfux f’aktar minn sentejn u jirriflettu l-ideat tal-football tal-coach tagħhom,” qal Terim.

L-ex coach ta’ Milan u Fiorentina Terim m’għandu l-ebda dubju fuq liema mill-Azzurri attwali jixtieq jaħdem magħhom.

“Enrico Chiesa huwa wieħed mill-aqwa players li qatt kelli, allura għal raġunijiet emozzjonali, nippreferi lil ibnu, imma Federico mar tajjeb ħafna fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Juventus. Huwa għandu potenzjal kbir u nispera li jista’ jagħmel saħansitra aħjar minn missieru.

Share With: