Jibda l-eċitament tal-Maltin għall-futbol Ewropew

Ritratt: Roger Azzopardi

L-eċitament li joħloq il-futbol inazzjonali Ewropew fost id-dilettanti Maltin ftit li xejn issibu f’pajjiżi oħra. Dan jista’ jkun minħabba ċ-ċokon u l-limitazzjonijiet ta’ pajjiżna u għalhekk forsi diffiċli ħafna li jilħaq il-livell u jkun fost il-finalisti ta’ kompetizzjonijiet kbar bħalma hi t-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej. 

Minħabba dan allura d-dilettanti Maltin tal-futbol isibu żvog fis-sapport tagħhom għal xi tim nazzjonali ta’ pajjiż ieħor. U dan l-eċċitament beda jidher minn ftit ilu tant li diversi sidien ta’ ħwienet żejnu l-faċċata b’ħafna bnadar ta’ nazzjonijiet differenti li minn għada se jkunu qed jikkompetu bejniethom għat-titlu prestiġjuż ta’ ‘champions’ Ewropej. 

Fil-fatt għada se jsir il-ftuħ ta’ dan l-ispettaklu ta’ futbol Ewropew bil-partita bejn it-timijiet nazzjonali tal-Italja u t-Turkija. Din il-partita żgur se tkompli tikkarga l-eċitament ta’ dawk il-Maltin li jappoġġjaw lit-tim Nazzjonali Taljan. Daqstant ieħor se jkun kbir it-tqanqil u l-eċitament ta’ dawk kollha li jappoġġjaw xi tim jew ieħor nazzjonali Ewropew.

Share With: