“Irridu nkabbru u nżidu n-numru ta’ ċelel fil-ħabs” – Beppe Fenech Adami

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ddikjara fil-Parlament li bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm id-doppju tal-priġunieri li suppost jesa’. Huwa qal li fi Frar li għadda kien hemm 821 priġunier, b’madwar 55% minnhom ikunu ta’ nazzjonalità barranija.

Tenna li l-Partit Nazzjonalista ressaq diversi proposti fosthom li jrid isir investiment fl-infrastruttura tal-ħabs. Qal li: “rridu nkabbru u nżidu n-numru ta’ ċelel fil-ħabs.”

Fenech Adami żied jgħid: “il-ħabs f’Malta, iktar minn nofsu barranin. Qed ngħidu li jeżistu modi kif persuna li tkun qed tiskonta sentenza f’pajjiżna, tista’ tiskonta dik is-sentenza f’pajjiżha. 

“Meta nitkellmu fuq ir-ripatrijazzjoni, il-PN kontra li xi ħadd jintbagħat lura f’pajjiżu fejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem ma jkunu imħarsa. Però hemm numru ta’ priġunieri fil-ħabs ġejjin mill-Belġju, l-Olanda, Franza, Ġermanja, l-Italja, il-Greċja u l-Polonja fost oħrajn. M’aħniex kapaċi nindirizzaw din ir-realtà ta’ persuni barranin?”.

Share With: